DISKORS TAL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TA’ L-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, F’JUM IL-GRADWAZZJONI TAL-KULLEĠĠ MALTI TA’ L-ARTI, XJENZA U TEKNOLOĠIJA – QAWRA - L-ERBGĦA, 16 TA’ DIĊEMBRU 2008
PR2024
17/12/2008
| Ċerimonja ta’ gradwazzjoni | dejjem hi okkażjoni sabiħa għall-istudenti u għall-ġenituri tagħhom kif ukoll għall-istituzzjoni edukattiva, l-amministrazzjoni, il-lecturers u s-support staff li jwasslu lill-istudenti biex jiksbu l-għerf, il-ħiliet u l-kompetenzi li jkunu kkonfermati b’ċertifikat li jiftaħ il-bieb għal impieg u karriera. |
| Iċ-ċerimonja tallum għandha | sinjifikat akbar għall-istudenti għaliex irnexxielhom isegwu kors b’suċċess u jakkwistaw Diploma jew Higher National Diploma – kwalifika għolja li tgħaqqad flimkien it-teorija u l-prattika li tant huma mitluba mill-industrja, il-kummerċ u s-servizzi f’pajjiżna. |
| Smajna kemm-il darba li l-aqwa | riżorsa li għandu pajjiżna hi r-riżorsa umana, jiġifieri l-kompetenzi li għandhom il-ħaddiema u min iħaddem biex jikkontribwixxu għall-ġid komuni tal-pajjiż. Għalhekk il-Gvern, f’isem il-poplu, jinvesti b’mod qawwi fil-qasam edukattiv minn kindergarten sa l-universita’. |
| U propju għalhekk, fis-sena | 2000 il-Gvern iddeċieda li jwaqqaf mill-ġdid il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija li ġab flimkien għadd ta’ istituzzjonijiet edukattivi post sekondarji u magħhom fetaħ oħrajn ġodda jew wessagħlhom l-għanijiet tagħhom. Fi ħdan il-Kulleġġ, u kollha flimkien, l-istituti tal-MCAST joħolqu sinerġija li twassal għal aktar effiċjenza u tħalli impatt aqwa fuq l-individwu u fuq il-pajjiż. |
| L-MCAST fetaħ triq | alternattiva għall-universita’ għaż-żgħażagħ tagħna. Sa ftit tas-snin ilu bosta żgħażagħ li ma kienx jirnexxilhom jidħlu fl-Universita’ kienu qed jintilfu. Dan kien ħela ta’ riżorsi umani li ebda pajjiż ma jista’ jew għandu jippermetti jew jaffordja. Bil-firxa kbira ta’ korsijiet f’livelli differenti, l-MCAST qed joffri opportunita’ lil kull żagħżugħ u żagħżugħa biex skond il-potenzjal u l-aspettativa personali tiegħu jew tagħha, jibda kors u jgħaddi minn livell għal ieħor. L-investiment li sar u se jkompli jsir mill-Gvern fl-MCAST hu investiment fil-potenzjal qawwi taż-żagħżagħ u fl-istess ħin investiment fil-ġejjieni ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. |
| Fl-Unjoni Ewropea, l-edukazzjoni | u t-taħriġ professjonali u vokazzjonali huma meqjusa bħala strument qawwi biex pajjiż jiżviluppa ekonomija u industrija bażati fuq l-għerf, biex joħloq aktar xogħol u xogħol aħjar, biex iwettaq żvilupp sostenibbli u jippromwovi soċjeta’ inklussiva. Dawn huma l-iskopijiet tal-hekk imsejjaħ Proċess ta’ Copenhagen li qed jagħti sehem qawwi lill-implimentazzjoni tal-miri ta’ Lisbona biex l-Unjoni Ewropea issir żona ta’ żvilupp qawwi f’dinja kompetittiva. L-għanijiet tal-Proċess ta’ Copenhagen kif ukoll il-miri ta’ Lisbona huma l-għanijiet mhux biss tal-Unjoni Ewropea iżda wkoll il-miri ta’ pajjiżna. Aħna m’aħniex gżira isolata. |
| Pajjiżna kien u għadu fuq | quddiem biex jassikura li l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali u vokazzjonali mhux biss ikunu ta’ żvilupp personali għal kull żagħżugħ u żagħżugħa, iżda wkoll strument ta’ żvilupp ekonomiku. Dan għarfuh kemm iż-zgħażagħ kif ukoll il-ġenituri u anke – u dan importanti ħafna – l-industrija, il-kummerċ u s-servizzi. Fi ftit snin, l-MCAST irnexxielu jgħolli l-istatus tal-edukazzjoni u taħriġ professjonali u vokazzjonali u jagħmilhom aċessibbli għal kulħadd. Hu l-aktar istituzzjoni edukattiva inklussiva f’livell post-sekondarju. |
| L-MCAST wettaq passi ta’ ġgant | matul il-ftit snin minn mindu twaqqaf. Għandu firxa kbira ta’ korsijiet f’diversi livelli. Minn 1,500 student qed iqarreb il-5,000 student. Għandu rabtiet mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet professjonali. Għandu relazzjoniijet ma’ istituzzjonijiet simili barra minn pajjiżna. Fuq kollox, għandu rabtiet mill-qrib mal-industrija u qed jagħti kontribut qawwi biex jissoddisfa mhux biss il-ħiliet meħtieġa mill-industrija llum, iżda wkoll ħiliet li se jkollha bżonn l-industrija fil-ġejjieni. Għalhekk l-MCAST jaħdem fil-qrib mal-Malta Enterprise biex jassikura li min jixtieq jinvesti f’pajjiżna jkollu ħaddiema mħarrġa tajjeb. Biżżejjed naraw kif l-MCAST ħadem fil-qasam tal-manutensjoni u servizz tal-ajruplani, fil-qasam tal-farmaċewtika, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u fit-teknoloġija tal-informatika. U fi ħsiebu jkompi jiżviluppa oqsma relevanti oħra. |
| Mill-banda l-oħra, l-MCAST qed | joffri wkoll għadd kbir ta’ korsijiet part-time, ġeneralment filgħaxija, għall-adulti ta’ kull eta’ biex isegwu korsijiet vokazzjonali, korsijiet li jtejjbu l-kwalifiċi jew jaġġornaw ħiliet u kompetenzi, jew jagħtu ħiliet li qabel min jattendi dawn il-korsijiet ma kellux. L-MCAST qed jagħti sehmu fit-retraining, reskilling, upgrading u updating tal-ħaddiema. |
| Bil-parteċipazzjoni ta’ eluf | ta’ studenti u ħaddiema ta’ kull eta’ fil-korsijiet ta’ filgħaxija, l-MCAST qed jikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex niżviluppaw kultura ta’ tagħlim matul il-ħajja. Dil-kultura mhix lussu għal pajjiżna iżda bżonn kbir biex inkunu nistgħu nkomplu nikkompetu f’dinja fejn il-kompetizzjoni hi sfrenata u fejn l-aqwa jibqa’ jfendi u jimxi ’l quddiem. |
| Napprezza l-fatt li l-maġġoranza | l-kbira tal-korsijiet fl-MCAST huma mfassla skond il-bżonnijiet tal-industrija. Napprezza wkoll li l-maġġoranza kbira tal-korsijiet offruti għandhom rikonoxximent internazzjonali u huma bażati fuq l-aħħar żviluppi fit-teknoloġija. Il-fatt li l-MCAST jaħdem mill-qrib ma’ istituzzjonijiet barranin li jagħtu kwalifiki magħrufa sewwa fuq livell internazzjonali juri li l-Kulleġġ ma tinkwetahx il-kompetizzjoni u jitħallat mal-kbar. |
| U hawnhekk ma nistax ma | nifraħx mal-MCAST għas-suċċess li kiseb riċentement meta sitt żgħażagħ li tgħallmu u tħarrgu fl-MCAST ħadu sehem fil-EuroSkills, kompetizzjoni ssapportjata mill-Unjoni Ewropea li fiha ħadu sehem 29 pajjiż Ewropew u 420 żagħżugħ u żagħżugħa. U dawn is-sitt żgħażagħ tagħna ġew lura Malta b’ħames midalji tal-fidda – indikazzjoni ċara li l-istudenti Maltin kapaċi jikkompetu ma’ żgħażagħ barranin u jirbħu. Kien ta’ pjaċir personali għalija li nkun fost għadd ta’ Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex naghti x-shield lil żagħżugħ Malti li rrappreżenta lil sħabu rebbieħa. |
| Dan hu x’ifisser li għandna | ninvestu biex niżviluppaw lil pajjiżna bħala Ċentru ta’ Eċċellenza fir-reġjun tal-Mediterran. Irridu nistinkaw biex inkunu mhux biss tajbin iżda mill-aħjar. Din hi sfida qawwija li l-Gvern qiegħed quddiemna. Iżda din l-isfida ma tistax tintlaħaq jekk kull wieħed u waħda minn ma jagħtix is-sehem tiegħu b’determinazzjoni, insistenza u kapaċita’. Jien għandi fiduċja qawwija fl-intelliġenza u l-kapaċita’ taż-żgħażagħ tagħna. U daqstant ieħor għandi fiduċja kbira fil-professjonalita’ tal-għalliema tagħna li kapaċi jagħtu liż-żgħażagħ l-aħjar formazzjoni professjonali u vokazzjonali. |
| Għalhekk napprezza ħafna l-inizjattiva | li qed jieħu l-MCAST li jinvesti bis-sħiħ fl-iżvilupp professjonali tal-lecturers, is-suppart staff u l-amministraturi biex ikomplu jgħollu l-livell tat-tagħlim u taħriġ biex iżommu l-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi f’kull qasam. L-MCAST ma jistax ikun istituzzjoni li tħejji żgħażagħ-ħaddiema għall-industrija tal-bieraħ. L-MCAST irid iħejji liż-żgħażagħ għall-industrija li kontinwament qed tinbidel u tiġġedded. Biex dan isir, l-MCAST irid jagħti bażi soda ta’ teorija u prattika lill-istudenti biex anke weħidhom ikunu kapaċi jkomplu jikbru fil-kapaċitajiet tagħhom, għall-ġid tagħhom infushom u għall-ġid ta’ min iħaddimhom u ta’ pajjiżna. |
| Jeħtieġ li nkomplu nisfruttaw | aktar il-potenzjal tal-Kulleġġ. Għalkemm l-MCAST jilqa’ l-aktar żgħażagħ, anke l-adulti għandhom isegwu kors mhux biss filgħaxija, iżda wkoll matul il-ġurnata. L-MCAST irid ikun miftuħ għal kulħadd. Napprezza wkoll il-fatt li qed jittieħdu passi biex l-MCAST ikun inklussiv u jipprova joffri korsijiet vokazzjonali ta’ kwalita’ lil persuni li għandhom bżonnijiet speċjali. Din tista’ tkun sfida qawwija iżda li l-MCAST lest li jidħol għaliha jekk jingħata r-riżorsi meħtieġa, speċjalment ta’ speċjalisti f’dan il-qasam. |
| Hu pożittiv li l-MCAST għandu | wkoll ftehim mal-Federazzjoni tal-Industrija li permezz tiegħu qed jiġi organizzat kors fil-management fl-industrija u hemm il-ħsieb ta’ aktar inizjattivi bejniethom. Iżda l-industrija trid tersaq aktar lejn l-MCAST. Billi l-industrija tindika b’mod ċar x’inhuma l-ħiliet meħtieġa, billi l-industrija toffri opportunitajiet lil-lecturers u t-tekniċi fl-MCAST biex iqattgħu xi żmien fl-industrija u jaraw mill-qrib kif taħdem, x’inhuma l-aħħar żviluppi, x’inhuma l-issues u l-problemi. L-MCAST iħejji lill-istudenti għall-ambjent tax-xogħol u propju għalhekk il-lecturers iridu jifhmu u japprezzaw x’ifisser taħdem f’fabbrika, f’uffiċċju, f’workshop. Tajjeb ukoll li numru kbir ta’ lecturers u amministraturi ġew mill-industrija u daħħlu kultura industrijali. |
| Nixtiequ naraw żjieda fl-għadd | ta’ apprendisti. Nixtiequ li l-apprendisti fil-fabbriki jsibu trainers kwalifikati biex iħarrġuhom. Irridu naraw li l-industrija tagħti sehem aktar dirett fit-taħriġ taż-żgħażagħ tagħna. L-industrija ma tistax tistenna li ż-żgħażagħ tagħna jkunu lesti jibdew jaħdmu mingħajr “induction” u taħriġ speċifiku fil-qasam partikulari tax-xogħol li joffru. F’pajjiżi avvanzati ħafna, bħalma huma l-Ġermanja u l-Awstrija, l-industrija flimkien ma’ kulleġġi bħalma hu l-MCAST, jaħdmu id f’id f’dik li tissejjaħ id-“dual system” fejn it-taħriġ u t-tagħlim isir parti fl-istituzzjoni edukattiva u parti fuq il-post tax-xogħol, minn persuni mħarrġa apposta. Ħafna drabi l-istudenti jidħlu jaħdmu mill-ewwel fil-post tax-xogħol fejn ikunu tħarrġu. |
| Napprezza l-fatt li l-MCAST qed | jistudja u jaħdem biex l-istudenti li jkunu akkwistaw Higher National Diploma jkunu jistgħu jkomplu jistudjaw biex jieħdu grad vokazzjonali. Dan il-pass hu sfida kemm għall-MCAST, l-amministraturi u l-istaff, kif ukoll għall-istudenti. Iżda jidher li dan il-pass hu possibbli għaliex diġa’ kien hemm għadd sabiħ ta’ studenti li ħadu grad minn universita’ barranija wara li jkunu kkwalifikaw għal Higher National Diploma. |
| Irridu nassikuraw li l-livell | u l-kwalita’ tal-edukazzjoni u taħriġ professjonali u vokazzjonali jkomplu jogħlew. Biex inkunu kapaċi nikkompetu b’moħħna. Għalhekk il-Gvern iddeċieda li jinvesti bil-kbir fil-kampus il-ġdid ta’ l-MCAST li għandu joffri spazji, riżorsi, servizzi u faċilitajijet “state-of-the-art” biex l-istudenti jkollhom l-opportunita’ li jiżviluppaw u jisfruttaw it-talenti tagħhom għalihom infushom u għal pajjiżhom. Diġa’ sar investiment qawwi mill-Gvern fl-MCAST, kemm minn fondi nazzjonali kif ukoll minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea. Investejna miljuni ta’ ewro li permezz tagħhom għandna workshops, laboratorji u teknoloġija tal-informatika ta’ kwalita’ għolja. |
| Nawgura li s-suċċess | tal-imgħoddi tal-MCAST ikun indikazzjoni ta’ dak li jista’ jwettaq ‘il quddiem. Jiena ċerta li l-MCAST qed jitmexxa b’ambizzjonijiet kbar u b’miri għoljin. Fit-twettiq tal-missjoni tiegħu l-MCAST se jsib lili u lill-Gvern tiegħi warajh. Għax għaż-żgħażagħ tagħna l-aħjar biss hu tajjeb biżżejjed. |
| Prosit lill-istudenti li qed | jiggradwaw, lill-ġenituri tagħhom, lil-lecturers u lis-support staff kif ukoll lill-amministrazzjoni ta’ kull istitut u dik ċentrali tal-MCAST. Dak li twettaq fl-MCAST kien dovut għall-kontribut kbir li tajtu intom. U dak li se jwettaq ’il quddiem jiddependi għal kollox minnkom. |
| F’isem il-Gvern | nirringrazzjakom għall-ħidma tagħkom għall-ġid u l-proseprita’ ta’ pajjiżna lkoll. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984