Left arrow Mur Lura

PREŻENTAZZJONI TA’ TPINĠIJIET MIT-TFAL TAL-KULLEĠĠ SAN ĠORĠ PRECA, SKOLA PRIMARJA SANT’ IERMU, LILL-PRIM MINISTRU, BIEX JINTUŻAW BĦALA L-KARTOLINA UFFIĊJALI TAL-PRIM MINISTRU

PR2023
Date Icon 17/12/2008
“Din l-okkażjoni għandhasinifikat kbir. Il-messaġġ wara dawn it-tpinġijiet li ppreżentajtuli hu, kemm hi kbira l-kapaċità tagħkom it-tfal. U għalhekk permezz ta’ dawn il-kartolini li se nkunu qegħdin nibagħtu mhux biss f’pajjiżna imma wkoll, barra l-pajjiż, lill-mexxejja barranin, se nkunu qegħdin nuru l-kapaċitajiet tat-tfal Maltin”.
Dan qalu l-Prim MinistruLawrence Gonzi f’messaġġ qasir lill-istudenti u lill-għalliema tal-Iskola Primarja Sant’Iermu tal-Belt Valletta, fi tmiem żjara li t-tfal għamlu fil-Berġa ta’ Kastilja. L-għan ta’ din iż-żjara kien biex it-tfal jippreżentaw lill-Prim Ministru u lis-Sinjura Gonzi, it-tpinġijiet li se jintużaw bħala l-kartolina uffiċjali tal-Prim Ministru għal din is-sena.
Din il-kartolina barra litintbagħat lin-numru kbir ta’ nies f’Malta tintbgħat ukoll lil mexxejja ta’ pajjiżi barranin.
Il-Prim Ministru qal illi l-messaġġtiegħu lit-tfal hu, illi bħalma għamlu f’din l-okkażjoni biex joħorġu kartolina mill-isbaħ, jagħmlu l-almu tagħhom fl-istudji u fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
L-inizjattiva li tfal minnskejjel differenti jintalbu jiddisinjaw il-kartolina uffiċjali tal-Prim Ministru qed issir għat-tielet darba, imma din is-sena għall-ewwel darba, minbarra l-kartolina ddisinjata, it-tfal tal-Ħames Sena tal-iskola, ippreżentaw lill-Prim Ministru Kartolina Elettronika.
Il-Prim Ministru qal li l-kartolinaelettronika fiha messaġġ qawwi, li turi kemm it-tfal tagħna qed jitgħallmu jużaw it-teknoloġija u li dan jawgura tajjeb għal quddiem.

Waqt iż-żjara li l-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi kienu għamlu fl-Iskola f’Novembru li għadda, it-tfal urew ix-xewqa li din il-kartolina tintbagħat lill- akbar numru ta’ tfal u adulti possibbli. Għalhekk il-Prim Ministu qal li bħala turija ta’ apprezzament għax-xogħol li għamlu dawn it-tfal, fil-jiem li ġejjin ser jinħareġ avviż biex dawk kollha li jixtiequ jirċievu l-kartolina elettronika jkunu jistgħu jagħmlu dan.   Min irid jara l-kartolina elettroniku u jirċieviha jista’ jibgħat e mail fuq prim.ministru@gov.mt

Il-Prim Ministru qal li sejkun ta’ pjaċir għalih li jkun qiegħed jibgħat din il-kartolina elettronika li se tkun differenti minn dawk li jintbagħtu bil-posta tradizzjonali.
Iż-żjara tat-tfal bdiet b’purċissjoni bil-bambinmill-entratura prinċipali ta’ Kastilja. Wara t-tfal kantaw innijiet tal-Milied quddiem il-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi. Tfajjel mit-tielet klassi għamel silta mill-Priedka tal-Milied.
Wara t-tfal iddawwrumill-Prim Ministru mas-swali ta’ Kastilja, fosthom is-Sala fejn jiltaqa’ l-Kabinett u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Waqt iż-żjara tagħhomf’Kastilja, it-tfal raw ukoll il-presepju li hemm għal wiri magħmul minn affarijiet riċiklati.  Dan il-presepju hu magħmul mis-sorijiet tal-klawsura tal-Monasteru ta’ Sant’ Ursola.
Għal din iż-żjara attendew it-tfal kollhatal-iskola, flimkien mal-għalliema u l-impjegati fl-iskola.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow