STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI / L-ekokontribuzzjoni fuq il-basktijiet tal-plastik
PR2022
17/12/2008
| L-ekokontribuzzjoni fuq | il-basktijiet tal-plastik |
| L-istqarrija | tal-kelliem Laburista Leo Brincat dwar il-baskijiet tal-plastik hija kontradizzjoni sħiħa. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, fid-diskors tal-budget, saħaq dwar il-proposta tiegħu li jkun hawn waqfien totali mill-bejgħ tal-basktijiet tal-plastik. Jidher li l-Partit Laburista għadu nostalġiku għal meta Malta kienet għadha ma sseħbitx fl-Unjoni Ewropea u donnu li l-Partit Laburista għadu ma jistax jifhem kif jaħdem suq ħieles! |
| X’sens jagħmel li | timponi miżura bħal din meta kulma jrid isir hu li wieħed jitla’ sa’ Sqallija bil-karozz tiegħu u jġib basktijiet tal-plastik kemm irid? Din oħra bħal tal-bozoz. Il-Gvern mill-ewwel qal li jaqbel ma’ proposta biex jitneħħew mis-suq il-bozoz tradizzjonali (inkandexxenti), pero biex din tkun miżura effettiva trid tkun attwata fil-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea. |
| Sakemm il-bejgħ | tal-basktjiet tal-plastik ma jitwaqqafx fil-pajjiżi kollha, l-aktar mizura effettiva biex tinċentiva l-użu ta’ basktijiet ta’ materjal alternattiv, tibqa’ dik li jkun hemm ekokontribuzzjoni fuq il-basktijiet tal-plastik. |
| L-oppożizzjoni | tikkritika wkoll il-fatt li bil-fliexken tal-plastik se jiżdiedu l-problemi fl-immanniggjar tal-iskart. Jidher li l-kelliem tal-Oppożiżżjoni nesa t-tfixkil li għamel il-Partit Laburista fi triqitna lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Saħansitra, meta Malta kienet qed tinnegozzja t-trattat u issues sensittivi bħal din tal-fliexken tal-plastik, il-Partit Laborista, li Leo Brincat kien jifforma parti minnu, kien injora kompletament dan l-isforz u qagħad iwerwer lin-nies dwar sħubija. |
| Pero l-biza li | tant hi għal qalb l-Oppożizzjoni mhix se sseħħ għax il-Gvern investa bil-kbir fl-immanniġġjar tal-iskart u bl-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’ Antnin il-problema tal-fliexken tal-plastik ġiet ikkontrollata sew. Li kien għall-Kap tal-Oppożizzjoni attwali, dan l-impjant ma sarx u tefa dan l-investiment fi friza. Hemm kienu jinħolqu l-problemi għax konna nibqgħu b’impjant antik u li ma jlaħħaqx mad-domanda tal-lum. |
| Il-messaġġ tal-Ministru tal-Finanzi kien ċar | fid-diskors tal-budget. Il-Gvern irid inaqqas l-użu tal-basktijiet tal-plastik u ma jridx jiġbor flus minnhom. Għalhekk għamel ekokontribuzzjoni ta’ €0.15 fuq kull basket li trid tiġi mħallsa max-xiri u murija fl-irċevuta tal-bejgħ. Dak li qed jitkarrab għalih Leo Brincat, il-Gvern qed jagħmlu bil-fatti. |
| Il-Gvern qed iħeġġeġ lill-konsumatur biex jerġa’ | jibda juza l-baskett taċ-ċarruta, jew b’materjal alternattiv ieħor, ħalli jevita milli jħallas l-ekokontribuzzjoni fuq il-baskett tal-plastik. M’hemm xejn straordinarju f’din il-mizura, iżda huwa inkwetanti li l-kelliem Laburista għadu ma fehemiex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984