Left arrow Mur Lura

Malta u l-MTA jirbħu l-Unur tad-Destinazzjoni tas-Sena għall-Cruiseliners

PR2020
Date Icon 17/12/2008
Is-SegretarjuParlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Mario de Marco, ħabbar li Malta u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) rebħu l-Unur tad-Destinazzjoni tas-Sena waqt is-SeaTradeInsiderCruise Awards. Dan sar waqt Konferenza tal-Aħbarijiet fil-preżenza tal-ogħla uffiċjali tal-MTA, tal-VISET u tal-Awtorità Marittima (MMA).
Dr de Marco qal lidan huwa unur importanti li jirrikonoxxi l-ħidma sfieqa ta’ dawk kollha involuti – il-Gvern, l-MTA u l-VISET bħala operatur tat-terminal – “billi rnexxielna nżommu u ntejbu ’l pajjiżna bħala wieħed mill-iprem destinazzjonijiet tal-cruiseliners fil-Mediterran”.
“Danl-unur jikkonferma wkoll li l-fatt li l-Port il-Kbir qiegħed fis-sitt post bħala portofcall fil-Mediterran ma ġratx b’kumbinazzjoni. Aħna kburin b’dak li rnexxielna niksbu din is-sena, fejn għall-ewwel darba, il-viżitaturi permezz tal-cruiseliners laħqu ċ-ċifra ta’ nofs miljun,” żied jgħid Dr de Marco.
Huwa rrefera għall-fatt li saġimagħtejn oħra se nkunu lħaqna l-540,000 viżitatur, jiġifieri żieda ta’ aktar minn 12 fil-mija fuq is-sena l-oħra; fejn fil-ftit siegħat li jinżlu Malta, dawn il-passiġġieri jonfqu medja ta’ €77 ras għal ras, jiġifieri total li għal din is-sena se jisboq €40 miljun.
“Huwaimportanti li ninkwadraw dan is-suċċess f’kuntest aktar wiesa’ – jiġifieri dak li nqisu li dan is-settur huwa wieħed pjuttost żgħir u fil-bidu tiegħu fejn 12-il sena ilu, lqajna fostna 70,000 passiġġier f’sena,” sostna s-Segretarju Parlamentari.
Huwa saħaq li dan l-iżviluppma kienx ikun possibbli mingħajr il-viżjoni tal-Gvern li jwettaq politika li ttejjeb u żżid il-faċilitajiet, flimkien mal-investiment ta’ aktar minn €30 miljun tas-settur privat – il-konsorzju VISET – fit-twettiq tat-terminal favoluż li ssib jilqgħek meta tidħol fil-Port il-Kbir.
Dr de Marco rreferawkoll għall-konferenza li nżammet f’Malta aktar kmieni din is-sena tal-istess Sea Trade dwar Winter-Cruising fil-Mediterran – fejn ġew Malta aktar minn 100 uffiċjal għoli tal-industrija tal-cruiseliners fid-dinja u enfasizza li dan kien sinjal ċar tal-intenzjonijiet tal-Gvern u l-MTA dwar l-importanza ta’ dan is-settur.
Is-SegretarjuParlamentari nsista li l-Gvern mhux qed jikkuntenta ruħu bis-suċċessi miksuba s’issa, u qed issir ħidma – permezz tal-MTA – sabiex tittejjeb il-promozzjoni tal-kunċett ta’ ‘cruise and stay’ f’pajjiżna.
Fil-fatt, fl-2009,flimkien mal-VISET u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-MTA se ssaħħaħ il-promozzjoni f’dan il-qasam wara li tliet cruiseliner operators ikkonfermaw li se jkunu qed ibiegħu ‘cruise and stay packages’ b’Malta bħala l-bażi tat-tluq.
Dr de Marco semmawkoll proġetti oħra tal-Gvern f’dan il-qasam, bħal m’huma ż-żieda ta’ rmiġġi f’Boiler Wharf, l-Isla; l-istudju dwar possibbiltà ta’ rmiġġ f’Marsamxett u l-baga ta’ rmiġġ fix-Xlendi.
“Dawn huma kollhaprova tal-isforzi tagħna sabiex nkomplu nsaħħu dan is-settur u nsibu niċeċ ġodda għall-industrija tagħna. Dan billi nibqgħu kkonċentrati fuq dak li għaddej bħalissa barra minn xtutna, sabiex inkunu kapaċi nwieġbu b’ħidma kkordinata u b’saħħitha.”
Is-SegretarjuParlamentari de Marco kkonkluda billi rringrazzja lill-MTA, l-MMA u l-VISET għall-ħidma tagħhom f’dan il-qasam – u kif ukoll l-aġenti tal-vapuri li huma msieħba strateġiċi li lkoll kkontribwew għal dan is-suċċess.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow