INDIRIZZ TAL-ONOR. TONIO FENECH, MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TA’ B.COM. HONS. IN INSURANCE & FINANCE DEGREE – L-UNIVERSITÀ L-QADIMA, VALLETTA – 16 TA’ DICEMBRU 2008
PR2019
17/12/2008
Sinjuri,
| Bħalissa l-ekonomija ta’ bosta pajjiżi għaddejja | minn taqlib kbir. Ma jistax jonqos li dan it-taqlib affetwa ukoll lill-ekonomija Maltija. Però huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina l-fatt li l-industrija finanzjarja f’Malta kompliet tespandi b’ritmu mgħaggel minkejja d-diffikultajiet kollha. Xhieda ta’ dan huwa n-numru dejjem jiżdied ta’ liċenzji ġodda li kull sena qegħdin jinħargu lil operaturi ġodda fil-qasam bankarju, tal-assikurazzjoni, tal-fund management u ta’ servizzi ta’ investiment. |
| Is-suċċess li Malta qegħda tikseb fil-qasam | finanzjarju huwa evidenti b’żieda ta’ madwar 30% fis-sena fin-negozju f’dan is-settur, b’madwar 5,000 impieg ġdid – ħafna minnhom b’salarju ’l fuq minn dak medju għal dawk il-ħafna żgħażagħ li jimxu ’l quddiem fl-istudji tagħhom. |
| Il-premium gross totali li nkiteb fl-2007 laħħaq | total ta’ 764 miljun ewro, jiġifieri żieda fuq l-2006 ta’ aktar minn 220 miljun ewro. Fil-premium ta’ 764 miljun ewro li semmejt għas-sena 2007 hemm inkluż aktar minn 440 miljun ewro fi premium għal poloz li nbiegħu minn kumpaniji ta’ l-assikurazjoni tagħna barra minn Malta. |
| Malta diġà saret il-bażi minn fejn joperaw | kumpaniji tal-assikurazjoni magħrufa bħala captives li jservu operazzjonijiet multi-nazzjonali stabbiliti fl-Ewropa. Sploda n-numru ta’ dawn il-kumpaniji tal-assikurazjoni, li qegħdin jagħżlu pajjiżna. |
| Dan l-istess tkabbir nistgħu narawh ukoll | fir-rigward tal-kumpaniji ta’ Insurance Managers li minn 2 kumpaniji fl-2004 illum sparaw ghal 12-il kumpanija. |
| Kif qed taraw, in-negozju fl-assikurazjoni | qiegħed dejjem jikber, għax minbarra ix-xogħol lokali, qed tinħoloq attività ġdida li sservi l-ħtieġa għall-assikurazjoni fis-swieq ’l bogħod minn xtutna. Hemm ukoll oqsma li pajjiżna beda jiskopri u jirrealizza l-importanza tal-potenzjal kbir li joffru – qed nirreferi b’mod partikolari hawnhekk għall-finanzjament Iżlamiku, ibbażat fuq il-liġi tax-Xarija. Pajjiżna jinsab f’pożizzjoni ġeografikament vantaġġjuża biex jagħraf jisfrutta l-potenzjal f’dan is-settur. |
| X’ifisser dan kollu? Li pajjiżna kien kapaċi | jibni bażi legali soda u b’saħħitha kif ukoll attraenti biex jiġbed lejh investiment sostanzjali fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Kien kapaċi wkoll jippromwovi ismu, fost kompetizzjoni qalila fix-xena internazzjonali. |
| F’dan il-kuntest, nixtieq nirringrazzja | lill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u FinanceMalta għall-kontribuzzjoni pożittiva tagħhom biex jippromwovu l-isem ta’ Malta fix-xena internazzjonali tas-servizzi finanzjarji. Il-Gvern hu impenjat bis-sħiħ biex ikompli jara lill-industrija tas-servizzi finanzjarji tespandi u tikber. F’dan ir-rigward, l-indikazzjonijiet huma sbieħ tant li fl-istudju annwali ta’ din is-sena tas-City of London, ippubblikat aktar kmieni din is-sena, Malta kienet l-unika ċentru finanzjarju fl-UE u fid-dinja tal-Punent li mistenni jikber fis-sinifikanza tiegħu fis-sentejn/tlieta li ġejjin. Kienu biss Dubai, Shangai u Singapore li ġew klassifikati qabel Malta. |
| Naturalment, biex jingħata | dan is-servizz li dejjem qed jiżdied, trid ħaddiema professjonali u mħarrġa fil-qasam tal-assikurazzjoni. Il-Gvern dejjem għaraf l-edukazzjoni bħala ċ-ċavetta lejn l-iżvilupp sostenibbli f’pajjiżna u l-investiment f’dan il-qasam jibqa’ tal-ogħla livell. Anke fil-baġit li ħabbart f’Novembru, dan l-enfasi kien ċar u kkonforma ma’ Pjan imħabbar ftit tal-jiem wara mill-Kummissjoni Ewropea li ħeġġet lill-Gvernijiet biex, fost l-oħrajn, jinvestu bis-saħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ. |
| Kien dan | li għamilna, hekk kif espandejna b’mod notevoli l-vot kapitali għal dan is-settur biex nassiguraw id-disponibbiltà ta’ riżorsi umani li nistennew li se jkunu meħtieġa mill-investiment li qed nimmiraw li nattiraw lejn pajjiżna. |
| Irrid | infakkar ukoll fl-impenn kontinwu tal-MFSA għall-edukazzjoni u t-taħriġ, fatt li joħroġ ċar fil-Pjan Strateġiku għall-2007-2009. L-MFSA diġà waqqfet Education Consultation Council li jiġbor flimkien lill-istituzzjonijiet ewlenin kollha fil-qadas tas-servizzi finanzjarji biex ikunu indirizzati kwistjonijiet marbuta proprju mad-disponibbiltà ta’ riżorsi umani fis-settur. |
| Deċiżjonijiet bħall-ftuħ ta’ kors speċifiku | fil-qasam tal-assigurazzjoni, mhumiex biss importanti għaliex ikomplu jibnu l-bażi ta’ ħaddiema professjonali tagħna, iżda wkoll għaliex isaħħu quddiem l-investitur lokali u internazzjonali l-kredibbilità tal-aspirazzjonijiet li għandu pajjiżna f’dan il-qasam. |
| Minkejja ż-żieda ta’ persuni | li jiksbu kwalifiki professjonali f’dan is-settur, studju li ġie ppublikat f’Awwissu 2008 mill-MFSA juri li l-industrija finanzjarja qegħda ssofri minn nuqqas ta’ nies imħarrġa - partikolarment fil-qasam tal-assikurazzjoni fejn hemm ħtieġa kbira ta’ nies f’impiegi speċjalizzati u ta’ middle management. |
| Il-kumpaniji | tal-assikurazjoni kellhom numru konsiderevoli ta’ vacancies, u stħarriġ wera li kien diffiċli ħafna għal dawn il-kumpaniji biex isibu nies kkwalifikati għal madwar 50% tal-impiegi li kellhom bżonn.Dan ir-rapport jixħet dawl ukoll fuq il-bżonn li tissaħħaħ l-abbilità tal-persuni kwalifikati fil-qasam analitiku u ta’ rappurtaġġ. |
| Għalhekk huwa f’waqtu, | b’konsiderazzjoni ta’ dan kollu, u b’mod speċjali tal-impenn tagħna skont Viżjoni 2015, li nagħmlu minn dan il-pajjiż, ċentru ta’ eċċellenza fis-settur tas-servizzi finanzjarju, li l-industrija tal-assikurazjoni f’Malta tingħaqad mal-Università tagħna biex toffri kors ġdid f’dan il-qasam. Jien infurmat li dan il-kors digà attira numru konsiderevoli ta’ studenti, li jekk jirsistu, għandhom quddiemhom prospetti tajbin ta’ impiegi f’din l-industrija finanzjarja. |
| Għaldaqstant, nixtieq nieħu din l-opportunità | biex nawgura lill-Università u l-industrija f’din il-ħidma konġunta kif ukoll l-istudenti li diġà bdew dan il-kors, filwaqt li nħeġġeġ lill-istudenti prospettivi kollha biex jibdew jitkixxfu dwar l-opportunitajiet li joffri s-settur finanzjarju, li tassew qed jikber dejjem iżjed f’wieħed mill-aktar setturi importanti tal-ekonomija Maltija u li jipprovdi aktar xogħol u xogħol aħjar lill-ħaddiema u l-familja tagħna. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984