STQARRIJA KONĠJUNTA TAL-MINISTERU tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: L-ISTUDENTI GĦAL DARBA OĦRA VITTMI TA’ AZZJONIJIET INDUSTRIJALI
PR2018
16/12/2008
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ | u Sport u l-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment innotaw id-direttivi li ngħataw membri tal-istaff akkademiku tal-Universita’ u l-Junior College, waqt rally li sar għalihom dal-għodu mill-MUT u l-UMASA, fejn għal darb’oħra l-unions għażlu li jagħmlu lill-istudenti vittmi tal-azzjonijiet tagħhom. |
| Il-Ministeri jixtiequ jagħmluha ċara li | d-dewmien fil-proċess tan-negozjati mhux ġej min-naħa tal-Gvern. |
| F’laqgħa li saret fil-Ministeru tal-Edukazzjoni | fid-9 ta’ dan ix-xahar, ma’ rappreżentanti tal-UMASA u l-MUT, l-UMASA talbet biex jerġgħu jinfetħu n-negozjati dwar punti kruċjali fit-test tal-Ftehim Kollettiv li dwaru kien hemm diġa’ qbil, u dan għax il-membri tagħha m’aċċettawx il-pakkett finanzjarju li offra l-Gvern. |
| Il-Gvern għamilha ċara li, filwaqt li jibqa’ | dejjem lest li jiftaħ mill-ġdid id-diskussjonijiet fuq il-Ftehim Kollettiv għall-Universita’ u l-Junior College, dan jista’ jsir biss jekk l-uffiċjali tal-UMASA, eletti mill-membri bħala rappreżentanti taghħom, ikollhom mandat mill-istess membri tagħhom mhux biss biex jinnegozjaw, imma anke biex jikkonkludu u jiffirmaw il-ftehim kollettiv li jintlaħaq bejn iż-żewġ naħat. |
| Kif | diġa’ ntqal lill-unions fil-laqgħa tad-9 ta’ Diċembru, jekk ma jkunx hemm dan il-mandat lill-UMASA, it-toroq li jibqgħu miftuħa huma: |
· li l-każ ikun riferut lit-Tribunal Industrjali; jew
· li jerġgħu jinfetħu n-negozjati mill-bidu fuq it-test kollu tal-ftehim u darba jintlaħaq ftehim fuq it-test, jerġa’ jkun negozjat pakkett finanzjarju ġdid skond il-ftehim milħuq. Dan ifisser li l-offerta finanzjarja tal-Gvern li s’issa kienet għad-diskussjoni, trid terġa’ tkun negozjata a bażi tal-qbil li jintlaħaq.
| Il-Gvern itenni l-impenn tiegħu li jwettaq | il-viżjoni li għandu għall-qasam tal-edukazzjoni terzjarja inkluż l-Universita’ u l-Junior College, fl-aħjar interess taż-żgħażagħ tagħna, li jixiriqilhom l-aħjar tagħlim li jiftħilhom l-aħjar opportunitajiet. |
| Il-Ftehim Kollettiv hu biss miżura waħda | mill-ħafna li hemm bżonn jittieħdu għall-ġid ta’ dan is-settur. Il-Gvern għalhekk jappella biex ir-rieda tajba tirbaħ u kulħadd jagħti sehemhu fl-aħjar interess u skond iċ-ċirkostanzi tal-pajjiż. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984