Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠJUNTA TAL-MINISTERU tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment:    L-ISTUDENTI GĦAL DARBA OĦRA VITTMI TA’ AZZJONIJIET INDUSTRIJALI

PR2018
Date Icon 16/12/2008
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħu Sport u l-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment innotaw id-direttivi li ngħataw membri tal-istaff akkademiku tal-Universita’ u l-Junior College,  waqt rally li sar għalihom dal-għodu mill-MUT u l-UMASA, fejn għal darb’oħra l-unions għażlu li jagħmlu lill-istudenti vittmi tal-azzjonijiet tagħhom.
Il-Ministeri jixtiequ jagħmluha ċara lid-dewmien fil-proċess tan-negozjati mhux ġej min-naħa tal-Gvern.
F’laqgħa li saret fil-Ministeru tal-Edukazzjonifid-9 ta’ dan ix-xahar, ma’ rappreżentanti tal-UMASA u l-MUT, l-UMASA talbet biex jerġgħu jinfetħu n-negozjati dwar punti kruċjali fit-test tal-Ftehim Kollettiv li dwaru kien hemm diġa’ qbil, u dan għax il-membri tagħha m’aċċettawx il-pakkett finanzjarju li offra l-Gvern.
Il-Gvern għamilha ċara li, filwaqt li jibqa’dejjem lest li jiftaħ mill-ġdid id-diskussjonijiet fuq il-Ftehim Kollettiv għall-Universita’ u l-Junior College, dan jista’ jsir biss jekk l-uffiċjali tal-UMASA, eletti mill-membri bħala rappreżentanti taghħom, ikollhom mandat mill-istess membri tagħhom mhux biss biex jinnegozjaw, imma anke biex jikkonkludu u jiffirmaw il-ftehim kollettiv li jintlaħaq bejn iż-żewġ naħat.
Kifdiġa’ ntqal lill-unions fil-laqgħa tad-9 ta’ Diċembru, jekk ma jkunx hemm dan il-mandat lill-UMASA, it-toroq li jibqgħu miftuħa huma:

·        li l-każ ikun riferut lit-Tribunal Industrjali; jew

·        li jerġgħu jinfetħu n-negozjati mill-bidu fuq it-test kollu tal-ftehim u darba jintlaħaq ftehim fuq it-test, jerġa’ jkun negozjat pakkett finanzjarju ġdid skond il-ftehim milħuq.  Dan ifisser li l-offerta finanzjarja tal-Gvern li s’issa kienet għad-diskussjoni, trid terġa’ tkun negozjata a bażi tal-qbil li jintlaħaq.

Il-Gvern itenni l-impenn tiegħu li jwettaqil-viżjoni li għandu għall-qasam tal-edukazzjoni terzjarja inkluż l-Universita’ u l-Junior College, fl-aħjar interess taż-żgħażagħ tagħna, li jixiriqilhom l-aħjar tagħlim li jiftħilhom l-aħjar opportunitajiet.
Il-Ftehim Kollettiv hu biss miżura waħdamill-ħafna li hemm bżonn jittieħdu għall-ġid ta’ dan is-settur.  Il-Gvern għalhekk jappella biex ir-rieda tajba tirbaħ u kulħadd jagħti sehemhu fl-aħjar interess u skond iċ-ċirkostanzi tal-pajjiż.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow