Left arrow Go Back

Aktar art biex titgawda mill-pubbliku

PR2017
Date Icon 16/12/2008
Dal-għodu, s-Segretarju Parlamentarigħall-Erarji Pubbliċi u Artijiet l-Onor Jason Azzopardi għadda medda art b’encroachment agreement lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq biex din tiġi żviluppata f’żona ta’ mistrieħ għall-familja.  Preżenti għal din l-attivita’ kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said.
Jason Azzopardi tennais-sodisfazzjon tiegħu f’okkażjonijiet bħal dawn, fejn art tal-Gvern tgħaddi għand entitajiet oħra illi jistgħu jagħmlu użu aħjar minnha.  Huwa qal illi l-art f’pajjiżna hija riżorsa mill-iktar importanti, u għalhekk importanti illi nagħmlu l-aħjar użu minnha, jekk tassew nemmnu fl-iżvilupp sostenibbli.  Dan huwa l-ħsieb u l-prinċipju wara dawn l-attivitajiet.
“Sikwit meta naħsbu fid-Dipartimenttal-Artijiet, naħsbu fl-infurzar tal-liġi, għax dan kien element importanti fl-aġenda ta’ dan id-dipartiment.  Iżda l-infurzar tal-liġi jimxi id f’id ma’ eżerċizzji bħal tal-lum, illi huma maħsuba li jagħtu iktar opportunita’ lil pubbliku li jgawdi postijiet pubbliċi.  Wara kollox dan huwa d-denominatur komuni tat-tnejn, illi l-proprjeta’ pubblika titgawda minn faxex dejjem iktar wiegħsa tas-soċjeta’. Jixhed dan il-ħsieb, in-numru ġmielu ta’ attivitajiet li saru din is-sena f’dan is-sens.  Din tal-lum hija l-aħħar waħda f’sensiela fosthom it-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn, it-Tourist Information Office fil-Mellieħa, u medda art fil-wied tal-Kalkara lill-Fondazzjoni Genista.  Oħrajn huma diġa ippjanati fosthom fir-Rabat, San Giljan, u l-Imqabba.”
Jason Azzopardi wera ukoll l-apprezzament tiegħugħall-inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq illi ħejja pjan biex dan il-ġnien fiż-żona magħrufa bħala ta’ Ħal Dmikki, tiġi żviluppata f’żona ta’ rekreazzjoni għall-familja kollha, b’mini pitch, bandli u żona tal-picnics.
Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said fisser kif dawn id-devoluzzjonijiet ta’ propjeta’ qed iservu bħala għodda importanti għal Kunsilli Lokali sabiex itejbu l-lokalitajiet tagħhom.
Fisser kif sa issa ġew devolutiaktar minn sebgħin proprjeta’ pubblika lil diversi Kunsilli Lokali li utilizzaw dawn il-postijiet pubblici biex fihom saru playing fields, ċentri ċiviċi u kulturali, uffiċċji amministrattivi u open air theatres.
L-Onor. Chris  Said qal li m’hemmx dubju lil-Kunsilli Lokali qed jagħmlu minn kollox sabiex dawn l-artijiet pubblici jintużaw ħafna aħjar għall-użu tar-residenti tagħhom.  Huwa tenna li l-Gvern huwa kommess li jkompli bid-devoluzzjoni ta’ aktar proprjetajiet u b’ħidma mas-Segretarju Parlamentari għal-Erarji Pubbliċi u Artijiet, qed issir ħidma biex dawk it-talbiet li hemm pendenti jiġu konklużi fl-iqsar zmien possibbli.
Chris Said tkellem ukoll dwar diversi skemi ta’għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali li f’dawn il-ġranet ġew varati mill-Gvern bl-iskop li dawn ikunu jistgħu jaħdmu aktar fil-lokalitajiet tagħhom.  Semma l-iskema ta’ għajnuna għal attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet kif ukoll l-iskema għal energy saving.  Dr Said ħeġġeġ lill-Kunsill Lokali Għaxaq sabiex il-proġett li ser jagħmel fuq din l-art isir kollu b’dawl apposta li jikkonserva l-enerġija u għalhekk il-Kunsill jkun jista’ japplika għall-għajnuna taħt din l-iskema.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow