Left arrow Go Back

33 InĠinier jingĦataw il-warrant

PR2016
Date Icon 16/12/2008
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsiu Affarijiet Rurali George Pullicino qassam il-warrant lil 33 Inġinier ġdid.  Filwaqt li feraħ lil dawn l-inġiniera, il-Ministru Pullicino qal li mill-1988 sal-lum ingħataw 964 warrant lill-inġiniera.  Huwa rrimarka li filwaqt li 18-il sena ilu n-numru totali ta’ studenti fl-Univerista’ ta’ Malta kien ta’ madwar 800 student, illum din iċ-ċifra waslet ghal madwar 12-il elf student.
B’referenza ghall-kors ta’ l-inġiniera,il-Ministru kompla billi qal li kull ma tmur din il-professjoni qegħda tikber u ssir aktar popolari fost l-istudenti, anke fost in-nisa.  Huwa wera x-xewqa li jara aktar nisa li jagħżlu li jitħarrġu fil-qasam tax-xjenza filwaqt li saħaq li din il-professjoni hija meħtieġa ħafna għas-soċjeta’ u għall-ekonomija tal-pajjiż.  Ir-rwol tal-inġinier huwa bżonnjuż f’bosta oqsma kruċjali għall-ekonomija, fosthom fit-turiżmu, fit-telekomunikazzjoni u fl-enerġija.  F’dan l-isfond, il-Ministru elenka rwol ġdid li ser ikollhom l-inginiera mis-sena d-dieħla fejn tidħol l-effiċenzja fl-enerġija b’rabta mal-bini filwaqt li faħħar il-fatt li l-kultura Maltija qed tirrispondi b’mod pożittiv għall-bidliet li qed iseħħu f’pajjiżna f’dan il-qasam.
Il-Ministru Pullicino saħaq ukoll fuql-importanza li jitkompla l-investiment edukattiv f’dan is-settur anke fil-livelli ż-żgħar.  Huwa sostna l-importanza li wieħed ikompli jżomm ruħu aġġornat mal-bidliet kontinwi, speċjalment fil-każ tal-inġinerija fejn it-teknoloġija qed tinbidel u tavvanza b’ritmu mgħaġġel ħafna.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru Pullicino ħabbarukoll li l-Bord ta’ l-Inġiniera qed jaħdem biex jitlestew l-emendi sabiex l-Att tal-Liġi dwar il-Professjoni tal-Inġiniera jiġi aġġornat, biex b’hekk ikun jista’ jilqa’ għar-realtajiet tal-lum u jkun ukoll konformi ma’ livelli Ewropej.  Il-Ministru semma li fost l-emendi ħa jkun qed jiġi propost li ċ-ċittadini Ewropej ser jkunu eleġibbli sabiex jieħdu l-warrant minn Malta u mhux aktar jingħataw biss special licence kif inhi s-sistema llum.
Bidla oħra li semma l-Ministru, u li l-Bordqiegħed jipproponi, ser tkun f’artiklu 22 tal-liġi preżenti fejn hemm imniżżel li l-oqsma prinċipali tal-inġiniera huma l-electrical u l-mechanical.  L-emenda għal dan l-artiklu tipproponi li din tinfetaħ u tinkludi, fost oħrajn, l-ICT u l-marine.  B’hekk tkun qed tinfetaħ il-warrant tal-inġinerija għal ħafna fergħat oħra.  Il-Ministru Pullicino ħabbar ukoll li hemm il-ħsieb sabiex fil-liġi jidħol ukoll l-obbligu sabiex jinħoloq Bord tal-Appell.  Dan il-Bord ikun qed iservi sabiex l-inġiniera ikunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom.
Il-Ministru Pullicino temm billi awgura lil dawnl-inġiniera l-ġodda kull suċċess fil-ħidma tagħhom filwaqt li ħeġġiġhom sabiex jipprattikaw il-karriera tagħhom bl-għola etika professjonali.
Huwaħeġġiġhom sabiex jilqgħu l-isfidi li għandu l-pajjiż u jgħinu biex jintlaħqu l-miri għall-enerġija aktar nadifa kemm għalina kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.  Minn naħa tiegħu l-Ministru George Pullicino irringrazzja lill-Bord tal-Inġiniera tax-xogħol siewi li jagħmlu għall-ġid ta’ din il-professjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow