Bazi komuni dwar il-kura tal-pazjenti Ewropej fil-pajjizi stati membri
| Is-27 pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea qed | jaqblu fuq il-punti prinċipali f’dak li għandu x’jaqsam mal-Kura u t-Trattament tal-Pazjenti Ewropej, ‘il barra minn pajjizhom (fi Stati Ewropej oħra). |
| Din id-diskussjoni saret waqt il-laqgħa formali | tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej responsabbli mill-Politika Soċjali. |
| Is-Segretarju Parlamenti għas-Saħħa, Dr. Joseph | Cassar qed jippartecipa f’dan il-Kunsill. L-ewwel ġurnata kienet tittratta diversi setturi fil-qasam tas-saħħa. |
| Il-punti ewlenin li joħorġu mid-diskussjoni ta’ | dalgħodu kienu d-dritt tal-pazjent għall-informazzjoni kollha li għandu bżonn. Din l-informazzjoni tkun tikkonsisti fis-servizzi tas-saħħa li joffri pajjiżu u dak li joffru l-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-pazjent jista jitlob awtorizazzjoni ghal kura f’ Stat Membru iehor, sakemm il-kura tifforma parti mis-servizzi tas-sahha tal-pajjiz ta’ residenza u suggett ghal awtorizazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet. |
| Hawnhekk tidħol l-importanza tat-tabib | tal-pazjent fejn jista’ jgħin lill-pazjent biex jieħu l-aktar deċizjoni mgħarrfa li jkollu bzonn. |
| Punti oħra li kien hemm diskussjoni dwarhom | kienu: |
· l-importanza tal-awtorizzazzjoni bil-quddiem sabiex il-pajjiż li jkun se jħallas għall-kura taċ-ċittadin tiegħu, jkun jista’ jippjana il-provizzjoni tas-Sahha,
· li għandha tkun assigurata s-sigurta’ tal-pazjent u l-kwalita’ tal-kura li tingħata,
· li kulħadd ikollu access ugwali għall-kura,
· li l-kriterji jkunu bbazati fuq il-bżonnijiet u mhux fuq it-talbiet.
Fuq l-aġenda ta’ l-ewwel jum ta’ diskussjoni fi ħdan dan il-Kunsill kien hemm ukoll l-azzjoni fejn jidħlu l-kura u t-trattament tal-mard rari.
Punti li resqet Malta kienu:
· għandu jkun hemm ċentru ta’ referenza dwar dan il-mard
· ikun hemm tqassim ta’ l-informazzjoni u t-taħriġ bejn il-pajjiżi membri kollha (b’hekk il-pajjiżi ż-żgħar ma jkunux żvantaġġjati)
· l-prezenza tal-mediċini fil-pajjiżi kollha biex il-pazjenti Ewropej jieħdu trattament ugwali
· u bargaining kollettiv fuq bazi Ewropea fuq il-prezzijiet tal-mediċini għax frekwentament pazjent minn pajjiżi żgħar jkollu jħallas aktar.
| Fl-ewwel ġurnata, fost suġġetti oħra, kienu | diskussi ukoll is-sigurta’ fil-qasam tas-saħħa, l-istrateġija fil-kura ta’ l-Alzheimers’ Disease, ir-regolamentazzjoni ta’ l-informazzjoni lill-konsumatur dwar l-ikel, il-kwalita’ tat-trapjanti ta’ l-organi, il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċerti infezzjonijiet, il-Green Paper dwar il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, u l-programm ta’ ħidma taħt il-Presidenza tar-Repubblika Ċeka. |
| Għada l-Erbgħa, t-tieni u l-aħħar ġurnata ta’ | dan il-kunsill, fost oħrajn se tkun diskussa l-Working Time Directive. |
DOI – 16.12.2008
INTERVENTI mill-Onor. JosePH CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA waqt il-laqgĦa formali tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej responsabbli mill-Politika Soċjali, DWAR :
| Il-pożizzjoni ta’ | Malta dwar il-kura u t-trattament taċ-ċittadini f’pajjiżi stati membri Ewropej |
| Nixtieq nirringrazzja lill-Presidenza Franciza | tax-xogħol utli li wettqet kif ukoll għar-rapport ta’ aġġornament. Aħna nħossu li dan imur fid-direzzjoni t-tajba u fiħ bazi soda għad-diskussjoni. |
| Bil-proposta tal-Presidenza sar titjib | sostanzjali fuq id-Direttiva proposta u li permezz tagħha sar progress mhux ħazin biex jiġu ndirizzati l-punti ta’ tħassib li kellna. Speċjalment għax il-proposta tagħti lok lill-istati membri li jfissru huma stess il-kura speċjalizzata u dik li tingħata fl-isptarijiet li għalihom hi meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel. |
| Stati membri zgħar, partikolarment dawk fosthom | li huma gżejjer, iħabbtu wiċċhom ma’ mewġa kbira ta’ talbiet għal kura tas-saħħa barra l-pajjiz. Partikolarment meta l-istudji t’impatt diġa’ indikaw li l-istati z-zgħar l-aktar li jintlaqtu minn din id-direttiva. |
| Iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ pajjiżna | jixirqilhom soluzzjonijiet speċifiċi biex ikun zgurat li l-viabbilta’ tas-sistema tas-saħħa tagħna ma tiġix ipperikolata. |
| Fir-rigward ta’ l-ewwel mistoqsija, aħna | jidhrilna li hemm bżonn li nizguraw li kemm jista’ jkun isiru t-tentattivi kollha biex ikunu indirizzati dawk l-aspetti ambigwi li huma rizultat tas-sentenzi tal-qorti, u li naddottaw triq waħda. |
| Irridu nizguraw ukoll li għall-kuntrarju | tas-sentenzi tal-qorti li huma frott l-ezami ta’ kazijiet partikolari, il-mod ta’ kif inħarsu lejhom ikun jinkludi cirkostanzi generali. |
| Barra minn hekk, il-lingwaġġ maqbul bejnietna | lkoll kif qalet il-kollega tiegħi Ingliza, ma jridx jħalli lok għal interpretazzjoni mill-ġdid fil-ġejjieni. |
| F’dak li għandu x’jaqsam mar-rabtiet bejn | ir-Regolazzjoni u d-Direttiva, nħossu li l-affarjiet għadhom ikunu ċari bizzejjed sabiex ikun zgurat li ż-żewġ mekkanizmi jaħdmu dejjem b’mod distint, li jinftehmu b’mod ċar mill-pazjenti b’tali mod li dejjem jibbenefikaw minn mekkanizmu wieħed biss wara li jkunu ġew megħjuna jagħmlu għażla bbazata fuq tagħrif korrett. |
| Għall-amministrazzjonijiet zgħar, rabtiet tajba | bejn iż-żewġ sistemi huma importanti biex jiġi evitat piz amministrattiv zejjed u bla bzonn. |
| Il-qofol ta’ l-isforzi tagħna fl-applikazzjoni | ta’ din id-Direttiva għandu jkun dak li nizguraw aċċess għal kulħadd u s-sostennibilta’ finanzjarja. Biex zgur ebda wieħed minn dawn l-elementi ma jiġu pperikolati, għandna nfittxu li nagħmlu użu tajjeb ta’ strumenti gwida bħal mhi l-awtorizazzjoni minn qabel. Meta nagħmlu dan, għandna napplikaw kriterji li jiffavorixxu deċizjonijiet ibbazati fuq il-bżonnijiet u mhux fuq it-talba, li jippromwovu s-saħħa pubblika u li huma bbazati fuq l-evidenza u l-provi tal-cost effectiveness tagħhom. |
| Fl-aħħarnett, rigward il-kwistjoni tat-tagħrif | tal-pazjenti, nħossu li dan il-qasam jenħtieg iktar deliberazzjoni speċjalment fuq bosta implikazzjonijiet prattiċi li din il-kwistjoni tista’ tinvolvi fuq livell ta’ grupp ta’ ħidma. |
| Il-punt ċentrali nazzjonali tat-tagħrif se jkun | qed jaħdem biex jipprovdi tagħrif ta’ l-għola kwalita’ possibbli. |
| Il-Gvern Malti lest li jikkopera b’mod | kostruttiv mal-Presidenza Ċeka biex nassiguraw il-progress fuq din id-direttiva u li l-pazjent jibqa’ ċ-ċentru ta’ kull deċizjoni. |
| Il-pożizzjoni ta’ | Malta dwar il-kura u t-trattament ta’ mard rari |
| Malta tilqa’ din il-Proposta ghal | Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fil-qasam tal-Mard Rari, li tista’ tkun strumentali sabiex jintensa ruħu u jimxi l-quddiem x-xoghol f’dan il-qasam |
| Rigward iċ-ċentri ta’ riferenza, Malta temmen | illi għandu jiġi zgurat illi Stati Membri żgħar ma jiġux zvantaġġati. Għaldaqstant il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għandhom ikunu raġġunġibbli mill-Istati Membri kollha bl-istess mod minkejja d-daqs tagħhom. |
| It-tqassim tal-għerf ta’ esperti tal-istati | Membri m’għandux biss jiġi mħeġġeġ iżda għandu jiġi faċilitat. Dan jista’ jseħħ f’diversi oqsma bġal fost affarjiet oħra, fit-tqassim ta’ tagħrif fuq l-aċċessibilita’ u l-presenza ta’ l-mediċini li huma speċifiċi għat-trattament ta’ mard rari. |
| Malta temmen illi ghandu jkun hemm lok sabiex | tiġi ezaminata l-possibilita’ li jsir xi forma ta’ ‘collective bargaining’ mal-industrja għax-xiri ta’ prodotti Mediċinali li jintuzaw biex jittrattaw mard rari, sabiex pazjenti fl-Unjoni jkollhom l-istess aċċess għal dawn il-prodotti. Xi kultant, saħansitra jiġri illi r-regoli tal-ekonomija jirrennjaw fuq konsiderazzjonijiet ta’ saħħa pubblika, anke f’dan is-suq ta’ medicini, bil-konsegwenza li pazienti minn swieq zghar jkollhom iħallsu prezzijiet għola għall-istess prodotti jew agħar minn hekk, ma jkollhomx aċċess għalihom meta ma jkunx kummercjalment vijabbli li jitpoġġew fis-suq. Fuq dan il-punt, ta’ min nirrikonoxxu li l-problemi partikulari ta’ l-Istati Membri z-zgħar rigward il-prezenza ta’ l-mediċini fis-suq lokali qed jingħataw iktar għarfien fil-livell ta’ l-Unjoni. |
| Malta ma taqbilx mar-rakkomandazzjoni | għall-ħolqien ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għal mard rari minn kull Stat Membru, speċjalment entru t-termini li qed jiġi propost. |
| Minħabba d-diversita` ta’ mard rari fil-kawżi, | s-sintomi, l-istorja naturali u l-metodi ta’ kura tagħhom, nemmnu li pjanijiet ta’ azzjoni għal mard rari għandhom jiġu nkorporati fi pjanijiet ta’ azzjoni oħra, bħal per eżempju fil-Pedjatrija u fl-Onkoloġija, jiġifieri skond it-tip ta’ mard jew skond is-settur tal-popolazzjoni milqut mill-mard speċifiku. |
| Dan hu iżjed rejalistiku speċjalment | għall-iStati Membri żgħar fejn in-numru ta’ individwi milqutin mill-mard rari huwa wieħed zgħir ħafna saħansitra fuq livell nazzjonali |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984