Left arrow Go Back

Bazi komuni dwar il-kura tal-pazjenti Ewropej fil-pajjizi stati membri

PR2015
Date Icon 16/12/2008
Is-27 pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea qedjaqblu fuq il-punti prinċipali f’dak li għandu x’jaqsam mal-Kura u t-Trattament tal-Pazjenti Ewropej, ‘il barra minn pajjizhom (fi Stati Ewropej oħra).
Din id-diskussjoni saret waqt il-laqgħa formalital-Kunsill tal-Ministri Ewropej responsabbli mill-Politika Soċjali.
Is-Segretarju Parlamenti  għas-Saħħa, Dr. JosephCassar qed jippartecipa f’dan il-Kunsill. L-ewwel ġurnata kienet tittratta diversi setturi fil-qasam tas-saħħa.
Il-punti ewlenin li joħorġu mid-diskussjoni ta’dalgħodu kienu d-dritt tal-pazjent għall-informazzjoni kollha li għandu bżonn. Din l-informazzjoni tkun tikkonsisti fis-servizzi tas-saħħa li joffri pajjiżu u dak li joffru l-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-pazjent jista jitlob awtorizazzjoni ghal kura f’ Stat Membru iehor, sakemm il-kura tifforma parti mis-servizzi tas-sahha tal-pajjiz ta’ residenza u suggett ghal awtorizazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet.
Hawnhekk tidħol l-importanza tat-tabibtal-pazjent fejn jista’ jgħin lill-pazjent biex jieħu l-aktar deċizjoni mgħarrfa li jkollu bzonn.
Punti oħra li kien hemm diskussjoni dwarhomkienu:

·        l-importanza tal-awtorizzazzjoni bil-quddiem sabiex il-pajjiż li jkun se jħallas għall-kura taċ-ċittadin tiegħu, jkun jista’ jippjana il-provizzjoni tas-Sahha,

·        li għandha tkun assigurata s-sigurta’ tal-pazjent u l-kwalita’ tal-kura li tingħata,

·        li kulħadd ikollu access ugwali għall-kura,

·        li l-kriterji jkunu bbazati fuq il-bżonnijiet u mhux fuq it-talbiet.  

Fuq l-aġenda ta’ l-ewwel jum ta’ diskussjoni fi ħdan dan il-Kunsill kien hemm ukoll l-azzjoni fejn jidħlu l-kura u t-trattament tal-mard rari.

Punti li resqet Malta kienu:

·        għandu jkun hemm ċentru ta’ referenza dwar dan il-mard

·        ikun hemm tqassim ta’ l-informazzjoni u t-taħriġ bejn il-pajjiżi membri kollha (b’hekk il-pajjiżi ż-żgħar ma jkunux żvantaġġjati)

·        l-prezenza tal-mediċini fil-pajjiżi kollha biex il-pazjenti Ewropej jieħdu trattament ugwali

·        u bargaining kollettiv fuq bazi Ewropea fuq il-prezzijiet tal-mediċini għax frekwentament pazjent minn pajjiżi żgħar jkollu jħallas aktar.

Fl-ewwel ġurnata, fost suġġetti oħra, kienudiskussi ukoll is-sigurta’ fil-qasam tas-saħħa, l-istrateġija fil-kura ta’ l-Alzheimers’ Disease, ir-regolamentazzjoni ta’ l-informazzjoni lill-konsumatur dwar l-ikel, il-kwalita’ tat-trapjanti ta’ l-organi, il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċerti infezzjonijiet, il-Green Paper dwar il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, u l-programm ta’ ħidma taħt il-Presidenza tar-Repubblika Ċeka.
Għada l-Erbgħa, t-tieni u l-aħħar ġurnata ta’dan il-kunsill, fost oħrajn se tkun diskussa l-Working Time Directive.

DOI – 16.12.2008


INTERVENTI mill-Onor. JosePH CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA waqt il-laqgĦa formali tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej responsabbli mill-Politika Soċjali, DWAR :

Il-pożizzjoni ta’Malta dwar il-kura u t-trattament taċ-ċittadini f’pajjiżi stati membri Ewropej
Nixtieq nirringrazzja lill-Presidenza Francizatax-xogħol utli li wettqet kif ukoll għar-rapport ta’ aġġornament. Aħna nħossu li dan imur fid-direzzjoni t-tajba u fiħ bazi soda għad-diskussjoni.
Bil-proposta tal-Presidenza sar titjibsostanzjali fuq id-Direttiva proposta u li permezz tagħha sar progress mhux ħazin biex jiġu ndirizzati l-punti ta’ tħassib li kellna. Speċjalment għax il-proposta tagħti lok lill-istati membri li jfissru huma stess il-kura speċjalizzata u dik li tingħata fl-isptarijiet li għalihom hi meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel.
Stati membri zgħar, partikolarment dawk fosthomli huma gżejjer, iħabbtu wiċċhom ma’ mewġa kbira ta’ talbiet għal kura tas-saħħa barra l-pajjiz. Partikolarment meta l-istudji t’impatt diġa’ indikaw li l-istati z-zgħar l-aktar li jintlaqtu minn din id-direttiva.
Iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ pajjiżnajixirqilhom soluzzjonijiet speċifiċi biex ikun zgurat li l-viabbilta’ tas-sistema tas-saħħa tagħna ma tiġix ipperikolata.
Fir-rigward ta’ l-ewwel mistoqsija, aħnajidhrilna li hemm bżonn li nizguraw li kemm jista’ jkun isiru t-tentattivi kollha biex ikunu indirizzati dawk l-aspetti ambigwi li huma rizultat tas-sentenzi tal-qorti, u li naddottaw triq waħda.
Irridu nizguraw ukoll li għall-kuntrarjutas-sentenzi tal-qorti li huma frott l-ezami ta’ kazijiet partikolari, il-mod ta’ kif inħarsu lejhom ikun jinkludi cirkostanzi generali.
Barra minn hekk, il-lingwaġġ maqbul bejnietnalkoll kif qalet il-kollega tiegħi Ingliza, ma jridx jħalli lok għal interpretazzjoni mill-ġdid fil-ġejjieni.
F’dak li għandu x’jaqsam mar-rabtiet bejnir-Regolazzjoni u d-Direttiva, nħossu li l-affarjiet għadhom ikunu ċari bizzejjed sabiex ikun zgurat li ż-żewġ mekkanizmi jaħdmu dejjem b’mod distint, li jinftehmu b’mod ċar mill-pazjenti b’tali mod li dejjem jibbenefikaw minn mekkanizmu wieħed biss wara li jkunu ġew megħjuna jagħmlu għażla bbazata fuq tagħrif korrett.
Għall-amministrazzjonijiet zgħar, rabtiet tajbabejn iż-żewġ sistemi huma importanti biex jiġi evitat piz amministrattiv zejjed u bla bzonn.
Il-qofol ta’ l-isforzi tagħna fl-applikazzjonita’ din id-Direttiva għandu jkun dak li nizguraw aċċess għal kulħadd u s-sostennibilta’ finanzjarja. Biex zgur ebda wieħed minn dawn l-elementi ma jiġu pperikolati, għandna nfittxu li nagħmlu użu tajjeb ta’ strumenti gwida bħal mhi l-awtorizazzjoni minn qabel. Meta nagħmlu dan, għandna napplikaw kriterji li jiffavorixxu deċizjonijiet ibbazati fuq il-bżonnijiet u mhux fuq it-talba, li jippromwovu s-saħħa pubblika u li huma bbazati fuq l-evidenza u l-provi tal-cost effectiveness tagħhom.
Fl-aħħarnett, rigward il-kwistjoni tat-tagħriftal-pazjenti, nħossu li dan il-qasam jenħtieg iktar deliberazzjoni speċjalment fuq bosta implikazzjonijiet prattiċi li din il-kwistjoni tista’ tinvolvi fuq livell ta’ grupp ta’ ħidma.
Il-punt ċentrali nazzjonali tat-tagħrif se jkunqed jaħdem biex jipprovdi tagħrif ta’ l-għola kwalita’ possibbli.
Il-Gvern Malti lest li jikkopera b’modkostruttiv mal-Presidenza Ċeka biex nassiguraw il-progress fuq din id-direttiva u li l-pazjent jibqa’ ċ-ċentru ta’ kull deċizjoni.
Il-pożizzjoni ta’Malta dwar il-kura u t-trattament ta’ mard rari

Malta tilqa’ din il-Proposta ghalRakkomandazzjoni tal-Kunsill fil-qasam tal-Mard Rari, li tista’ tkun strumentali sabiex jintensa ruħu u jimxi l-quddiem x-xoghol  f’dan il-qasam
Rigward iċ-ċentri ta’ riferenza, Malta temmenilli għandu jiġi zgurat illi Stati Membri żgħar ma jiġux zvantaġġati. Għaldaqstant il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għandhom ikunu raġġunġibbli mill-Istati Membri kollha bl-istess mod minkejja d-daqs tagħhom.
It-tqassim tal-għerf ta’ esperti tal-istatiMembri m’għandux biss jiġi mħeġġeġ iżda għandu jiġi faċilitat. Dan jista’ jseħħ f’diversi oqsma bġal fost affarjiet oħra, fit-tqassim ta’ tagħrif fuq l-aċċessibilita’ u l-presenza ta’ l-mediċini li huma speċifiċi għat-trattament ta’ mard rari.
Malta temmen illi ghandu jkun hemm lok sabiextiġi ezaminata l-possibilita’ li jsir xi forma ta’ ‘collective bargaining’ mal-industrja għax-xiri ta’ prodotti Mediċinali li jintuzaw biex jittrattaw mard rari, sabiex pazjenti fl-Unjoni jkollhom l-istess aċċess għal dawn il-prodotti. Xi kultant, saħansitra jiġri illi r-regoli tal-ekonomija jirrennjaw fuq konsiderazzjonijiet ta’ saħħa pubblika, anke f’dan is-suq ta’ medicini, bil-konsegwenza li pazienti minn swieq zghar jkollhom iħallsu prezzijiet għola għall-istess prodotti jew agħar minn hekk, ma jkollhomx aċċess għalihom meta ma jkunx kummercjalment vijabbli li jitpoġġew fis-suq. Fuq dan il-punt, ta’ min nirrikonoxxu li l-problemi partikulari ta’ l-Istati Membri z-zgħar rigward il-prezenza ta’ l-mediċini fis-suq lokali qed jingħataw iktar għarfien fil-livell ta’ l-Unjoni.
Malta ma taqbilx mar-rakkomandazzjonigħall-ħolqien ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għal mard rari minn kull Stat Membru, speċjalment entru t-termini li qed jiġi propost.
Minħabba d-diversita` ta’ mard rari fil-kawżi,s-sintomi, l-istorja naturali u l-metodi ta’ kura tagħhom, nemmnu li pjanijiet ta’ azzjoni għal mard rari għandhom jiġu nkorporati fi pjanijiet ta’ azzjoni oħra, bħal per eżempju fil-Pedjatrija u fl-Onkoloġija, jiġifieri skond it-tip ta’ mard jew skond is-settur tal-popolazzjoni milqut mill-mard speċifiku.
Dan hu iżjed rejalistiku speċjalmentgħall-iStati Membri żgħar fejn in-numru ta’ individwi milqutin mill-mard rari huwa wieħed zgħir ħafna saħansitra fuq livell nazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow