Left arrow Go Back

STQARRIJA MINISTERJALI MILL-PRIM MINISTRU DR LAWRENCE GONZI DWAR IL-KUNSILL EWROPEW LI NZAMM FIL-11 U 12 TA’ DICEMBRU 2008

PR2009
Date Icon 15/12/2008

Mr Speaker,

Fl-ewwel opportunita’ lighandi, nixtieq ninforma lil din il-Kamra bl-ezitu tal-Kunsill Ewropew li nzamm fi Brussels nhar il-Hamis u l-Gimgha li ghaddew u li ppartecipajt fih bhala Kap tal-Gvern Malti.
It-temi ewlenin liddiskutejna bhala l-Kapijiet tal-Gvern tas-27 Pajjiz Membru fl-Unjoni Ewropeja kienu:

1.                  il-passi li jmiss fir-rigward tat-Trattat ta’ Lisbona;

2.                  il-bdil fil-klima u l-Pakkett dwar l-Energija

3.                  il-Pjan Ewropew ghar-Rilanc Ekonomiku

Minbarra dawn, iddiskutejnapunti ohra li kienu jinkludu l-Politika Agrikola Komuni, ir-Relazzjonijiet Esterni (inkluz Dikjarazzjoni dwar il-Lvant Nofsani u Zimbabwe) u l-Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża.
Qed inqieghed fuq il-Mejdatal-Kamra il-Konkluzjonijiet tal-Presidenza ta’ dan il-Kunsill kif ukoll Nota mis-Segretarjat Generali tal-Kunsill dwar l-elementi tal-kompromess finali rigward l-enerġija u l-pakkett dwar it-tibdil fil-klima.

TRATTAT TA’ LISBONA

Il-posizzjoni tal-Gvern Maltikienet li ghandha tinstab triq kif nistghu nipprocedu wara l-vot fir-referendum Irlandiz sakemm it-trattat ma jergax jinfetah u l-process ta’ ratifikazzjoni li sar fil-maggoranza tal-Pajjizi Membri, inkluz Malta, jigi rispettat, jigifieri li ma jkunx hemm htiega ta’ ratifikazzjoni ohra.
Wiehed irid izomm quddiemghajnejh li waqt in-negozjati dwar it-Trattat ta’ Lisbona, fost akkwisti ohra,  Malta kien irnexxielha takkwista d-dritt ghas-sitt siggu fil-Parlament Ewropew. Ovvjament dan is-sitt siggu jista jigi biss fis-sehh jekk u meta dan it-Trattat ikun ratifikat mis-27 pajjiz membru tal-Unjoni Ewropeja. Bhalissa hemm 785 siggu fil-Parlament Ewropew.  Fil-waqt li t-Trattat ta’ Nizza  jahseb ghal 736 siggu, it-Trattat ta’ Lisbona jistablixxi 751 (750 siggu u l-President tal-Parlament), b’minimu ta’ sitt siggijiet. Dan ifisser li mad-dhul fis-sehh tat-Trattat ta’ Lisbona, in-numru ta’ siggijiet parlamentari ghal Malta jizdied b’siggu. Izda dan ifisser ukoll li hemm pajjizi ohra li jkollhom inaqqsu is-siggijiet allokati ghalihom.
Waqt is-summit li inzammil-gimgha li ghaddiet, intalahaq qbil li jinghataw certu garanziji lil poplu Irlandiz biex jigu ccarati certu dubji li nqalghu waqt il-kampanja referendarja fl-Irlanda, u dan b’kundizzjoni li jinzamm referendum iehor qabel l-eghluq tat-terminu tal;-Kummissjoni Ewropeja, jigiefiri qabel Novembru tas-sena 2009 u – naturalment – bil-kundizzjoni li r-rizultat tar-referendum ikun wiehed pozittiv.
Ghadu mhux definit meta serisir dan it-tieni referendum, izda nafu li x’aktarx ir-referendum u r-ratifika tat-trattat ta’ Lisbona jsehhu wara li jkunu saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Gunju li gej. Teknikament, dan id-dewmien ifisser li anke jekk l-Irlanda u l-pajjizi l-ohra li fadal, jirratifikaw it-Trattat ta’ Lisbona, sa l-ahhar ta’ din is-sena, xorta wahda s-sitt siggu ghal Malta jigi fis-sehh fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jsiru fis-sena 2014 u mhux f’dawk li ser isiru fl-2009.
Il-ftehim li lhaqna l-gimghali ghaddiet ifisser li, meta jidhol fis-sehh it-Trattat ta’ Lisbona, dawk il-pajjizi (inkluz Malta) intitolati ghal zjieda fis-siggijiet, ser jizdidulhom is-siggijiet anke qabel ma jsiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew skedati ghas-sena 2014.  Dan ser ikun jista jsir permezz ta’ protokoll ratifikat mill-Pajjizi Membri, aktarx fl-istess zmien tas-shubija tal-Kroazja.
Barra  minn dan. ghar-rigwardtal-Kummissjoni Ewropea, il-qbil milhuq ifisser li kull Pajjiz Membru ser jibqa jkollu Kummissarju maghzul minn fost ic-cittadini tieghu.
BDIL FIL-KLIMA U PAKKETT DWARL-ENERGIJA

Mr Speaker,

F’Jannar li ghadda, il-Kummisjoni Ewropea adottat erba’ proposti legislattivi li jsawru il-Pakkett dwar l-Energija u l-Bdil fil-Klima.  Dawn ghandhom ifissru li sal-2020, l-Unjoni Ewropea tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’20%, mira li kient giet maqbula mill-Kapijiet tal-Gvern f’Marzu 2007.  L-Unjoni impenjat ruhha li dan il-mira titla’ ghal 30%, jekk jintlahaq qbil internazzjonali ma’ pajjizi terzi fejn dawn jassumu l-istess miri amibizzjuzi li l-Unjoni Ewropeja qieghda tipproponi. 

Dan kollu hu importanti hafna ghal pajjizna. L-effett u l-impatt tal-bdil fil klima tolqot b’mod negattiv hafna specjalment pajjizi li huma gzejjer zghar bhal taghna. Dan apparti l-konsiderazzjonijiet l-ohra li huma marbuta mat-tniggiz fl-arja u l-mard assocjat mieghu – xi haga li hi ta’ preokkupazzjoni ghalina f’pajjizna.

Jidhirli li ghandi wkoll nenfasizza l-importanza enormi li l-energija ghandha ghal pajjizna. It-tkabbir ekonomiku taghna ghal Vizjoni 2015 tiddependi fuq kemm ser inkunu kapaci niggarantixxu servizz ta’ energija kostanti, li tikber flimkien mal ambizzjonijiet ekonomici taghna u li tkun energija nadifa.

L-Unjoni Ewropea kollha qieghda tiddikjara b’mod kategoriku li din hi fost l-akbar sfidi li qieghda tiffaccja illum u li ser tkompli tikber fis-snin li gejjin. Ahna ma ahniex eccezzjoni u allura ahna wkoll irridu niehdu dawk id-decizjonijiet li hemm bzonn jittiehdu biex naggustaw rwiehna ghal dawn ir-realtajiet.

L-erba’ proposti legislattivi li jiffurmaw il-pakkett miftiehem fis-summit huma:

  1. Proposta ta’ Direttiva ghall-promozzjoni ta’ energija minn sorsi rinnovabbli;
  2. Proposta biex tigi mtejba u estiza l-EU Emissions Trading Directive 2003/87/EC;
  3. Proposta dwar il-qsim tal-isforzi biex jintlahaq l-impenn tal-Unjoni f’oqsma li mhumiex koperti bl-emissions trading scheme (eg it-trasport, il-bini, agrikoltura u skart); u
  4. Proposta ghal qafas legislattiv dwar il-qbid u l-hazna tal-karbonju (carbon capture and storage)

Irrid nirrimarka li l-pakket jinkludi wkoll elementi ohra, bhalma huma r-revizjoni tal-Linji Gwida dwar State Aid, partikolarment ghar-rigward ta’ attivitajiet ambjentali. Kien hemm ukoll negozjati paralleli dwar l-inkluzjoni ta’ emissjonijiet mill-avvjazzjoni fl-Emissions Trading Scheme.

Id-diskussjonijiet intensivi dwar dan kollu kienu ghaddejja matul din is-sena fil-livelli kollha kemm fil-Kunsill kif ukoll fil-Parlament Ewropew. Kellna numru ta’ laqghat bilaterali li lahqu l-quccata taghhom bil-laqgha f’Parigi fil-21 ta’ Novembru li ghadda bejn il-Ministru George Pullicino u l-Ministeru Franciz ghall-Ekologija u Ppjanar ghal Zvilupp Sostenibbli.  Sa mill-bidu tan-negozjati f’Jannar li ghadda, Malta dejjem emfasizzat li fil-waqt li trid li jintlahaq qbil sal-ahhar ta’ din is-sena, il-pakkett finali kellu jikkunsidra d-diversitajiet geografici, socjo-politici u ekonomici tal-Pajjizi Membri. Dejjem emminna li s-success veru u fuq medda twila ta’ zmien tal-pakkett jiddependi fuq kemm ser inkunu kapaci li fl-gharfien u l-apprezzament ta’ din id-diversita`, niehdu passi decizivi u armonizzati biex veramanet innaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Il-Gvern Malti jqis li l-ftehim li lhaqna nhar il-Gimgha li ghaddiet jaghraf il-kundizzjonijiet partikolari ta’ pajjizna, huwa pass konkret lejn socjeta’ li tarmi anqas karbonju fil-waqt li taghmel dan b’mod kompatibbli ma’ zvilupp ekonomiku sostenibbli.

Il-pass li jmiss huwa li nhar l-Erbgha 17 ta’ Dicembru ikun hemm sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fejn huwa mistenni li l-Parlament jikkonferma l-qbil tieghu ma’ dan il-pakkett.

F’dan il-kuntest nixtieq nirreferi wkoll ghall-ezitu posttiv tal-laqgha tal-United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC) Conference of the Parties (COP) gewwa Poznan fil-Polonja nhar is-Sibt li ghadda.  Din il-laqgha u l-ftehim ta’ nhar il-Gimgha huma passi importanti fit-triq lejn ftehim internazzjonali gdid dwar il-bidla fil-klima fil-laqgha li mistennija ssir gewwa Copenhagen fl-ahhar tas-sena d-diehla. F’Poznan, Malta habbret li qed tfittex li tissieheb f’Annex I tal-United Nations Framework Convention on Climate Change.  Ahna kommessi li nkunu fuq l-istess livell ta’ shabna l-Pajjizi Membri l-ohra fl-impenn kollettiv li Malta bdiet ghoxrin sena ilu meta poggiet il-klima fuq l-agenda internazzjonali.

Nixtieq niehu l-okkazjoni sabiex nifrah lill-Ambaxxatur Michael Zammit Cutajar li mill-bidu tas-sena d-diehla, f’mument krucjali fit-thejjija ghall-Konferenza ta’ Copenhagen, ser iservi bhala Chair tal-Ad Hoc Working Group on Long-term Cooperative Action tal-United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC) li qed imexxi n-negozjati lejn ftehim multilaterali gdid. Il-Gvern huwa konvint li Dr Zammit Cutajar ghandu l-aqwa kredenzjali ghal dan l-inkarigu u ahna kburin li Malti qed jaghti kontribut ewlieni f’din l-isfida ewlenija li qed taffaccja d-dinja.

Il-PJAN EWROPEW GHAR-RILANC EKONOMIKU

L-ahhar punt li ser nelabora dwaru huwa l-Pjan Ewropew ta’ Rilanc Ekonomiku approvat ukoll nhar il-Gimgha.  Il-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku huwa ekwivalenti għal madwar 1,5% tal-PDG tal-Unjoni Ewropea (ċifra ekwivalenti għal madwar EUR 200 biljun). Dan il-pjan jikkostitwixxi l-qafas komuni tal-isforzi li saru mill-Istati Membri u mill-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom u b'hekk jirriżultaw l-akbar effetti.

Ilkoll nafu bil-krizi finanzjarju globali li splodiet ftit xhur ilu u l-impatt negattiv qawwi li qed thalli fuq l-ekonomiji taghna.  It-tbassir ekonomiku mhu sabih xejn u qed jizviluppaw dawn il-kundizzjonijiet negattivi:

·        fragilita` li ghadha ghaddejja fis-swieq finanzjarji;

·        tnaqqis, aktar minn dak previst, fil-livell ta’ kunfidenza fost il-kumpaniji u l-konsumaturi;

·        it-tnaqqsis fir-ritmu ekonomiku qed jolqot is-swieq li ghadhom qed jiviluppaw, b’impatt negattiv fuq l-esportazzjoni Ewropea.

Matul is-summit, intalahaqqbil unanimu illi l-pajjizi membri ghandhom jaghmlu hilithom biex iwaqqfu dan ic-cirku vizzjuz u dan permezz ta’ passi decizivi u minghajr dewmien. Il-konkluzjonijiet jghidu b’mod car illi l-Pajjizi Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ghandhom jahdmu flimkien u b’mod ko-ordinat kemm bejniethom kif ukoll mal-bqija tad-dinja.
Fuq talba tal-Kapijiettal-Gvern, il-Kummissjoni Ewropea nediet tliet gimghat ilu l-proposti taghha dwar il-krizi finanzjarja u ekonomika u kif l-Unjoni Ewropea ghandha tkun attur ewlieni li tindirizza din il-krizi mondjali. Skond dawn il-proposti, l-Unjoni Ewropea ghandu jkollha pjan ko-ordinat sabiex tistimola il-fiducja fl-ekonomija u fost il-konsumaturi, b’emfazi partikolari fuq l-innovazzjoni u sforzi ambjentali lejn ekonomija b’uzu anqas tal-karbonju.

L-elementi ewlenin jinkludu:

·        l-ahjar uzu tas-sinergiji permezz ta’ azzjoni ko-ordinata

·        l-uzu ta’ ghodda diversa, inkluz dik ta’ policies, mizuri fiskali u riformi strutturali;

·        ko-erezna shiha bejn l-azzjonijiet immedjati u l-objettivi fuq medda ta’ zmien itwal;   u

·        zvilupp tal-kontribut tal-Unjoni Ewropea fil-fora internazzjonali.

Kif ghidna sa mill-bidu, il-Gvern Malti jqis li dan il-pjan jikkonvergi mal-linji ewlenin tal-politika tal-Gvern kif espressi fil-bagit ghas-sena d-diehla, inkluz

·        Zjieda fl-investiment pubbliku, inkluz dak immirat lejn titjib ambjentali u fl-infratruttura.

·        Appogg settorjali immirat lejn zjieda fl-impjiegi, inkluz fit-turizmu u fl-intraprizi zghar u medji;

·        Mizuri li jippremjaw ix-xoghol; u

·        Incentivi favur il-konservazzjoni tal-energija u t-tnaqqsis fl-emissjonijiet.

Nemmen illi l-Kamra kollha tapprezza l-importanza ta’ dan kollu ghall-ekonomija Maltija. Ahna ghandna ekonomija miftuha li tiddependi minn swieq barranin specjalment swieq kbar fl-Unjoni Ewropeja. Dan joghdd specjalment ghas-settur tal-manifattura kif ukoll dak tat-turizmu lejn pajjizna. Huwa proprju ghalhekk li l-mizuri li ser ikunu qieghdin jittiehdu mill-pajjizi membri fl-Unjoni Ewropeja biex jistimolaw l-ekonomiji taghhom, huma mizuri li ghandhom ihallu impatt pozittiv fuq pajjizna.

Mr Speaker,

Naghlaq billi nghid li jien naqsam l-analizi ta’ diversi Kapijiet ta’ Gvern ohra li dan il-Kunsill Ewropew kien wiehed krucjali.  Huwa krucjali kemm minhabba l-kuntest ekomomiku u finanzjarju mondjali difficli kif ukoll minhabba l-qbil storiku dwar l-isfida kbira tal-bdil fil-klima.  Il-Gvern irid  li pajjizna ikun fuq quddiem nett biex jaghti sehmu halli flimkien nibdlu dawn l-isfidi f’opportunitajiet ta’ zvilupp veru u sostenibbli b’risq il-membri kollha tas-socjetajiet taghna.

Document 1

Document 2

DOI – 15.12.2008

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow