Left arrow Go Back

RAPPORT ANNWALI TAL-AWDITUR ĠENERALI GĦAS-SENA 2007

PR2007
Date Icon 15/12/2008
L-AwditurĠenerali ppreżenta r-Rapport Annwali għas-sena 2007. Dan jidentifika numru ta’ materji li hemm bżonn jiġu indirizzati mill-entitajiet involuti biex jiġi assigurat użu aħjar mill-fondi pubbliċi u biex jingħata servizz aħjar liċ-ċittadin.
Wara analiżi tar-RapportFinanzjarju għas-sena 2007, fost l-oħrajn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika nnota li:

o       hemm bżonn titjib fis-sistemi ta’ analiżi tad-differenzi bejn dak li kien hemm stmat għas-sena 2007 u dak li fil-fatt seħħ sa tmiem is-sena f’livelli Ministerjali u Dipartimentali;

o       tranżazzjonijiet datati 2008 irrapportati bi żball fis-sena finanzjarja 2007;

o       interessi ta’ debenture u ħlasijiet lura ta’ self jidhru li tħallsu minn korporazzjoni pubblika meta fil-fatt kien il-Gvern li għamel dan;

o       ma setgħetx tiġi żgurata l-kompletezza tar-rapportaġġ dwar Dikjarazzjonijiet ta’ Investimenti u Dikjarazzjonijiet ta’ Abandoned Claims, Telf ta’ Flus u  Provvisti mħassra; u

o       l-fond pubbliku għall-perjodu Ġunju 1992–Diċembru 2001 kif jidher fil-kotba tat-Teżor u dawk tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu ma ġiex rikonċiljat.

Għas-sena 2007,numru ta’ Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet naqsu li jibagħtu r-Return annwali tal-arretrati lit-Teżor.
Ġew innotatinuqqasijiet f’dak li hu ċċekkjar mis-Sezzjoni tas-Salarji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qabel il-ħruġ tas-salarji tal-Konsulenti/Advisers part-time mad-Dipartimenti kollha tal-Gvern. Hemm nuqqas ta’ kontroll tax-xogħol attwalment imwettaq mill-Konsulenti/Advisers part-time.
Ir-Rapport dwaris-Safar fuq Xogħol Uffiċjali tal-Gvern jagħmel riferenza għal diversi ċirkularijiet tal-Ministeru tal-Finanzi relatati ma’ safar, partikolarment iċ-Ċirkulari MFIN 1/2008, li jindirizzaw konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet relatati li qajjem l-Awditur Ġenerali fir-Rapporti preċedenti tiegħu.
Riżultati liħarġu minn verifika li saret fuq il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali – l-ewwel klassi (1998 u wara) - fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni nisslu tħassib, partikolarment:

o       nuqqas ta’ miżuri ta’ nfurzar biex jinġabru ammonti pendenti tas-Sigurta’ Soċjali;

o       nuqqas ta’ monitoraġġ sew li jassigura li kull ftehim ta’ pagament dovut ikun onorat; u

o       d-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jikkwantifika l-ammonti li għandu jieħu mingħand min iħaddem.

Minn studju lisar fuq Rapporti ta’ Verifika u l-ittri relatati bil-kummenti tal-awdituri tal-Gvern Lokali, sottomessi lill-Kunsilli Lokali kollha, ħarġu riżultati li wrew ċertu nuqqas ta’ kontabilita’ speċjalment dwar amministrar ta’ fondi pubbliċi f’ċerti Kunsilli.
Sakemm kienet qedissir il-verifika tal-Kunsilli Lokali l-ebda Rapport ta’ Verifika tal-Kumitati Konġunti ma kien disponibbli.  Sallum ma teżisti l-ebda leġislazzjoni li tirregola s-sottomissjonijiet tar-Rapporti Finanzjarji tal-Kumitati Konġunti. Għalkemm disa’ Kunsilli Lokali kellhom bidla fis-Segretarju Eżekuttiv, f’żewġ każi biss instab li saret il-verifika ta’ nofs it-term.
Jinħtieġ li s-sistemaużata llum fir-rigward ta’ reġistrazzjoni tal-armi ssir iżjed effiċjenti. Dan biex jitneħħew ċerti bilanċi antiki, inklużi dawk li jidhru fir-return tal-arretrati ta’ dħul mil-liċenzji.

Verifika tal-I.T. fil-Qrati tal-Ġustizzja ufid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni kienu jinvolvu l-kontrolli Entity Level u t-tfassil ta’ Business Continuity fir-rigward tal-I.T. Dawn il-verifiki kienu meħtieġa biex jiġi determinat jekk l-istrateġija użata mill-Ministeri, dejjem fejn jidħol l-I.T, kinitx fid-direzzjoni mixtieqa kif ukoll jekk l-information management u l-ipproċessar kienx skont il-proċeduri mfassla. Kien evalwat ukoll it-tfassil fl-I.T., tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, fir-rigward ta’ Business Continuity, fl-eventwalita’ ta’ ħsara minħabba xi diżastru. Il-verifika fl-I.T. identifikat il-bżonn ta’ titjib konsiderevoli fl-ippjanar f’dawn iż-żewġ ħidmiet. Il-proċess tal-ippjanar fl-istrateġija tal-I.T. fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u t-tfassil ta’ Business Continuity jeħtieġ li jissaħħaħ.

Verifika fuq id-Diviżjonital-Edukazzjoni żvelat li s-Sezzjoni tat-Trasport tal-Iskejjel (STS) kienet nieqsa mis-segregazzjoni ta’ dmirijiet.  Nuqqas ta’ kontrolli fis-sistema rriżultaw fi ħlasijiet żejda.  Ġie nnutat ukoll li mhux kull ma kien hemm fil-kuntratti għal dan is-servizz kien qed jitwettaq. L-estimi għall-provvediment fir-rigward ta’ Trasport tal-Iskejjel ġew eċċeduti.
Il-ksibtas-servizzi għat-Trasport ‘Speċjali’ għal studenti fi skejjel ordinarji mhux dejjem kien skont ir-regolamenti eżistenti.  Min ħa l-offerta l-ġdida baqa’ jibgħat kontijiet lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, b’rati tal-kuntratt antiki li kienu ogħla.
Verifika tal-logbooks,tal-karozzi għall-użu komuni tal-impjegati fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, żvelat li xi uffiċjali kienu qed jużaw vetturi wara l-ħinijiet tax-xogħol.
L-aċċessorji tan-networktal-I.T., li għandhom jidhru bħala assi fissi tanġibbli ma kinux inklużi fid-dokumenti tal-inventarju tal-Ministeru għal Għawdex.  Irriżulta wkoll li fl-inventarju ma hemmx audit trail adegwata ta’ numru ta’ oġġetti oħra mixtrija fis-sena 2006 mill-Vot tal-Ministeru għan-nom ta’ dipartimenti oħra. L-inventarju jinkludi apparat jew affarijiet ma jaħdmux, li huma 11% tal-valur totali tal-inventarju, hekk kif irrappurtat mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi.
Waqt verifikafid-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet qamu diversi kwistjonijiet, relatati l-iżjed mar-reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda inklużi dawk li huma intitolati għal skont jew eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni.
Waqt verifikafid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ġie nnotat in-nuqqas ta’ reviżjoni perjodika tal-files tal-benefiċċji għall-Assistenza waqt mard.
In-nuqqas ta’segregazzjoni ta’ dmirijiet fl-Ambaxxata Maltija f’Pariġi wkoll ġie nnottat.  L-ammont sħiħ ta’ flus miġbura għan-nom tal-Gvern ma setax jiġi kkonfermat  minħabba nuqqas ta’ informazzjoni dokumentata.  Inħass il-bżonn li jiġu riveduti l-linji ta’ gwida amministrattivi, maħruġa mill-Uffiċċju Prinċipali tal-Missjonijiet Maltin barra minn pajjiżna.
L-UffiċċjuĊentrali għall-Kollegamenti (CLO), fi ħdan id-Dipartiment tal-VAT, għandu aċċess dirett, permezz ta’ sistema kkompjuterizzata ta’ Bdil ta’ Informazzjoni dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VIES), għad-database tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-Istati Membri.  Nuqqasijiet f’dak li hu kontroll ta’ Recap statements, id-dħul tagħhom fil-kompjuter u rikonċiljazzjoni wkoll ġew innotati.
Waqt Verifika fuql-Effettivita’ li saret bħala follow up tal-pubblikazzjoni tar-Rapport Acquisition of Property by Government fis-sena 2004, instab li l-aktar żvilupp sinifikanti kien id-dħul fis-seħħ tal-emendi tal-Ordinanza tal-Ksib ta’ Propjeta (LAO) li sawru l-proċess tal-akkwist t’artijiet.  Madanakollu, ammonti ta’ flus dovuti, f’każ t’akkwisti li saru qabel l-emendi lil-LAO fis-sena 2003, ikomplu joħolqu diversi sfidi serji.  Il-proċess tal-akkwisti ta’ propjeta’ għadu mhux sostnut kif suppost b’sistema ta’ min joqgħod fuqha ta’ management information. Hemm bżonn ukoll ta’ iżjed policies u linji ta’ gwida ċari u dokumentati.
Verifika li saretfid-Dipartiment tal-Pulizija, fir-rigward ta’ salarji, żvelat numru ta’ nuqqasijiet, fosthom kalkoli żbaljati ta’ dħul supplimentari, bonuses u leave tal-mard.  Dan ġara minħabba li aġġustamenti fil-pagi għadhom jiġu kkalkulati b’mod manwali qabel jintbagħtu lit-Teżor.

Ir-Rapport sħiħ jidher mis-16 ta’ Diċembru 2008 fis-Sit Elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: http://www.nao.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow