IPPREMJAT IL-ĦADDIEM TAS-SENA FIT-TURIŻMU – GĦAWDEX 2008
| L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal | Għawdex (GTA) organizzat serata speċjali li matulha ġie ppremjat il-Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu – Għawdex 2008. Dan il-premju ġie mogħti għall-ewwel darba din is-sena u huwa maħsub li jibqa’ jingħata fuq bażi annwali fis-snin li ġejjin. |
| L-ewwel rebbieħ ta’ dan | il-premju ġie mħabbar mill-Imħallef Dr Victor Caruana Colombo LLD, chairman tal-bord tal-għażla li twaqqaf apposta. Wara li qara r-rapport tal-ġurija huwa ħabbar li fost 11-il nominazzjoni ġie magħżul is-Sur Sammy Rapa, GeneralManager f’lukanda ewlenija f’Għawdex, li matul il-karriera tiegħu dejjem ħadem f’lukandi stabbiliti f’Għawdex. Fil-fatt l-għan prinċipali tat-twaqqif tal-premju Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu – Għawdex kien dak li bis-saħħa tiegħu jingħata rikonoxximent għas-servizz u d-dedikazzjoni mogħtija mill-ħaddiema f’dan is-settur. Fuq kollox hu wkoll intenzjonat li bis-saħħa ta’ dan il-premju, żgħażagħ Għawdxin japprezzaw il-valur ta’ dan is-settur għal Għawdex u l-opportunitajiet li joffri fil-ħolqien ta’ karrieri fil-qasam tax-xogħol. |
| Il-preżentatur popolari Charles | Saliba mexxa s-serata filwaqt li l-kor Chorus Urbanus, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. John Galea, interpreta diversi siltiet mużikali. Is-Sur Paul Scicluna, President tal-GTA fisser kif din l-assoċjazzjoni tirrappreżenta kemm l-intraprendituri kif ukoll lil dawk kollha li jaħdmu fis-settur turistiku Għawdxi. Huwa spjega kif din l-okkażjoni qed tawgura lil dawn iż-żewġ kategoriji li jaħdmu flimkien b’risq il-ġid ta’ dan is-settur. Is-Sur Scicluna ħabbar ukoll li b’mod unanimu l-kunsill tal-GTA approva l-ħatra tas-Sur Victor J. Borg bħala President Onorarju ta’ din l-Assoċjazzjoni. Is-Sur Borg huwa intraprenditur ewlieni li ilu jopera fil-qasam turistiku Għawdxi għal bosta snin. |
| Tkellem ukoll is-Sur Joe Muscat, | Segretarju tal-GTA, li fost affarijiet oħra rrefera għall-fatt li din l-okkażjoni mhix biss l-għoti tal-premju lil dak il-ħaddiem li ddistingwa ruħu fil-qasam turistiku Għawdxi, iżda hija wkoll okkażjoni li tagħti rikonoxximent lir-riżors uman f’dan is-settur. Huwa ddeskriva s-sehem tal-ħaddiema Għawdxin f’dan il-qasam bħala wieħed validu u neċessarju li jista’ jagħti kontribut kbir biex tiġi megħluba l-kompetizzjoni stretta li tiffaċċja l-industrija turistika f’Għawdex. |
| Kelliem ieħor waqt din is-serata, kien is-Sur | Josef Formosa Gauci, CEO tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Huwa enfasizza kif l-irwol ta’ din l-Awtorità mhuwiex biss dak li jirriklama lis-settur turistiku Malti u Għawdxi, iżda jieħu ħsieb ukoll ir-riżors uman f’dan is-settur. Huwa spjega kif taħdem is-sezzjoni tal-human resources fi ħdan l-MTA u kif din torganizza korsijiet u skemi intiżi biex itejbu l-ħiliet u jippromwovu s-servizz tajjeb ta’ dawk li jaħdmu f’dan is-settur. |
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, li ppresediet is-serata, ippreżentat ukoll trofew lir-rebbieħ. Hija faħħret din l-inizjattiva tal-GTA li kienet inizjattiva oħra f’sensiela ta’ ħidmiet imwettqa mill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex qalet ukoll li llum nistgħu napprezzaw aktar il-mertu tal-inizjattiva meħuda mill-Ministeru tagħha għaxar snin ilu, meta ġiet imwaqqfa din l-assoċjazzjoni. Bis-saħħa ta’ kollaborazzjoni kontinwa, Għawdex ġie rikonoxxut bħala destinazzjoni distinta b’karatteristiċi uniċi. B’hekk dan is-settur ħa żvolta ’l quddiem u barra ż-żieda fin-numru ta’ turisti barranin ġie stabbilit ukoll is-suq domestiku. Dan is-suq jagħti sostenn lill-industrija turistika f’Għawdex, speċjalment fix-xhur anqas popolari. Filwaqt li ferħet lis-Sur Rapa, il-Ministru Giovanna Debono awgurat ukoll li aktar żgħażagħ Għawdxin jagħżlu karriera fis-settur turistiku, billi jattendu korsijiet fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi li nbena f’Għawdex fuq suġġeriment tal-GTA, b’kofinanzjament minn fondi Ewropej. Dan l-istitut diġà beda jilqa’ studenti għal numru ta’ korsijiet li ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur.
Tkellem ukoll ir-rebbieħ ta’ dan l-ewwel unur, is-Sur Sammy Rapa, li spjega kif hu ġie mħajjar jaqbad karriera f’dan il-qasam mis-Surmast tal-iskola li kien jattendi. Huwa awgura li aktar studenti Għawdxin jiġu mogħtija pariri simili fl-iskejjel tagħhom. Dan ikun qed jaċċerta li t-turiżmu f’Għawdex jibqa’ jkollu servizz awtentiku Għawdxi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984