Left arrow Mur Lura

PRESEPJU ORIĠINALI GĦALL-WIRI FIL-BERĠA TA’ KASTILJA MAĦDUM MIS-SORIJIET TAL-MONASTERU TA’ SANT’URSULA

PR2002
Date Icon 15/12/2008
Bħalissafil-Berġa ta’ Kastilja hemm għall-wiri presepju li hu magħmul minn affarijiet riċiklati.  Dan il-presepju ilu jinbena biċċa biċċa erbatax-il-sena mis-sorijiet tal-klawsura fil-Monasteru ta’ Sant’ Ursola, il-Belt Valletta.
Il-pasturi huma kollha magħmulaminn oġġetti riċiklati u li ġeneralment ikunu mormija min-nies. Il-presepju hu magħmul fost oħrajn minn blalen tal-plastik miksija b’kartonċin, drapp u karti jleqqu, kartolini użati, karti tal-gazzetti, qxur tal-gewż, sulfarini użati u tazzi tal-ġelat.
Il-presepju jinsab għall-wirif'Kastilja tul il-festi tal-Milied u se jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn, 15 ta’ Diċembru sal-Ħadd, 4 ta’ Jannar 2009.  Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-5.00pm sat-8.00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mid-9.00am sa 12.00am u mill-5.00pm sat-8.00pm nhar ta’ Sibt u Ħadd.  Il-presepju mhux se jkun għall-wiri it-Tnejn 22 u l-Ħamis 25 ta’ Diċembru.
Min iżur il-presepju jista’jara wkoll it-tiżjin tal-Milied fil-Berġa ta’ Kastilja li din is-sena 80% tat-tiżjin sar minn affarijiet riċiklati.
Flimkien ma’ din l-istqarrijaqiegħda tiġi mqassma verżjoni elettronika ta’ leaflet li sar dwar il-presepju u t-tiżjin fil-Berġa ta’ Kastilja.

pr2002a

pr2002b

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow