PRESEPJU ORIĠINALI GĦALL-WIRI FIL-BERĠA TA’ KASTILJA MAĦDUM MIS-SORIJIET TAL-MONASTERU TA’ SANT’URSULA
PR2002
15/12/2008
| Bħalissa | fil-Berġa ta’ Kastilja hemm għall-wiri presepju li hu magħmul minn affarijiet riċiklati. Dan il-presepju ilu jinbena biċċa biċċa erbatax-il-sena mis-sorijiet tal-klawsura fil-Monasteru ta’ Sant’ Ursola, il-Belt Valletta. |
| Il-pasturi huma kollha magħmula | minn oġġetti riċiklati u li ġeneralment ikunu mormija min-nies. Il-presepju hu magħmul fost oħrajn minn blalen tal-plastik miksija b’kartonċin, drapp u karti jleqqu, kartolini użati, karti tal-gazzetti, qxur tal-gewż, sulfarini użati u tazzi tal-ġelat. |
| Il-presepju jinsab għall-wiri | f'Kastilja tul il-festi tal-Milied u se jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn, 15 ta’ Diċembru sal-Ħadd, 4 ta’ Jannar 2009. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-5.00pm sat-8.00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mid-9.00am sa 12.00am u mill-5.00pm sat-8.00pm nhar ta’ Sibt u Ħadd. Il-presepju mhux se jkun għall-wiri it-Tnejn 22 u l-Ħamis 25 ta’ Diċembru. |
| Min iżur il-presepju jista’ | jara wkoll it-tiżjin tal-Milied fil-Berġa ta’ Kastilja li din is-sena 80% tat-tiżjin sar minn affarijiet riċiklati. |
| Flimkien ma’ din l-istqarrija | qiegħda tiġi mqassma verżjoni elettronika ta’ leaflet li sar dwar il-presepju u t-tiżjin fil-Berġa ta’ Kastilja. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984