Left arrow Mur Lura

TITNIEDA L-ATTIVITÀ BIRGU BY CHRISTMAS LIGHTS

PR2001
Date Icon 15/12/2008
Is-Segretarju  Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni nieda l-attività Birgu by Christmas Lights.
Din hija t-tieni sena li l-Kunsill Lokalital-Birgu qed jorganizza din l-attività.  Wara s-suċċess miksub is-sena l-oħra ġie deċiz li għal din is-sena l-attivitajiet jinfirxu fuq jumejn.
Chris Said faħħar il-Kunsill Lokali tal-Birgukif ukoll il-komunità ta’ din il-lokalità għan-numru kbir ta’ attivitajiet kulturali li jsiru f’din il-Belt storika. Fost dawn huwa semma l-Birgu Fest li ta’ kull sena tiġbed eluf ta’ persuni lejn il-Birgu.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dawnl-attivitajiet kollha jkomplu jsaħħu l-potenzjal ta’ din il-lokalità kif ukoll ta’ Malta fil-qasam turisitku intern u estern.
Chris Said qal li l-Gvern se jkun qed jgħin lilKunsilli Lokali sabiex jorganizzaw attivitajiet kulturali permezz ta’ skema apposta li giet varata ftit ilu.
Bejn il-Ġimgħa 19 u s-Sibt 20 ta’ Diċembru,il-Birgu ser ikun mixgħul biss bid-dawl tax-xemgħa, kif ukoll b’dawl dekorattiv tal-Milied tradizzjonali Malti.  Minbarra estensjoni fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet u knejjes, ser ikun hemm wirjiet relatati mal-Milied bħal presepji u bambini, ikel tradizzjonali Malti f’Misraħ ir-Rebħa, parati mill-Baned tal-Pulizija u l-Forzi Armati.  It-toroq dojoq tal-Collachio ser jinbidlu fi presepju ħaj, bil-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesu’ Bambin irreċtata.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow