TITNIEDA L-ATTIVITÀ BIRGU BY CHRISTMAS LIGHTS
PR2001
15/12/2008
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni nieda l-attività Birgu by Christmas Lights. |
| Din hija t-tieni sena li l-Kunsill Lokali | tal-Birgu qed jorganizza din l-attività. Wara s-suċċess miksub is-sena l-oħra ġie deċiz li għal din is-sena l-attivitajiet jinfirxu fuq jumejn. |
| Chris Said faħħar il-Kunsill Lokali tal-Birgu | kif ukoll il-komunità ta’ din il-lokalità għan-numru kbir ta’ attivitajiet kulturali li jsiru f’din il-Belt storika. Fost dawn huwa semma l-Birgu Fest li ta’ kull sena tiġbed eluf ta’ persuni lejn il-Birgu. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn | l-attivitajiet kollha jkomplu jsaħħu l-potenzjal ta’ din il-lokalità kif ukoll ta’ Malta fil-qasam turisitku intern u estern. |
| Chris Said qal li l-Gvern se jkun qed jgħin lil | Kunsilli Lokali sabiex jorganizzaw attivitajiet kulturali permezz ta’ skema apposta li giet varata ftit ilu. |
| Bejn il-Ġimgħa 19 u s-Sibt 20 ta’ Diċembru, | il-Birgu ser ikun mixgħul biss bid-dawl tax-xemgħa, kif ukoll b’dawl dekorattiv tal-Milied tradizzjonali Malti. Minbarra estensjoni fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet u knejjes, ser ikun hemm wirjiet relatati mal-Milied bħal presepji u bambini, ikel tradizzjonali Malti f’Misraħ ir-Rebħa, parati mill-Baned tal-Pulizija u l-Forzi Armati. It-toroq dojoq tal-Collachio ser jinbidlu fi presepju ħaj, bil-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesu’ Bambin irreċtata. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984