IĊĊELEBRAT JUM IL-MUNXAR
PR1998
15/12/2008
| Waqt serata organizzata mill-Kunsill | Lokali tal-Munxar fl-okkażjoni ta’ Jum il-Munxar, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li l-Munxar huwa xempju ta’ kif għandu jitħaddem il-kunċett ta’ lokalita’ sostenibbli. |
| Chris Said qal li l-Kunsill | Lokali tal-Munxar qed jaħdem biex jiżviluppa l-lokalita’ tal-Munxar u fl-istess ħin isaħħaħ l-identita’ u l-karatteristiċi ta’ dan il-post. |
| Chris Said faħħar ukoll | il-koperazzjoni sħiħa li teżisti bejn il-Kunsill Lokali, il-Parroċċa u l-għaqdiet f’kull qasam fil-Munxar. |
| Is-Segretarju Parlamentari | nnota li minkejja li l-Kunsill Lokali tal-Munxar għandu taħt ir-responsabbilita’ tiegħu l-lokalita’ turistika tax-Xlendi, xorta ġie minn ta’ quddiem fir-rapport ta’ effiċjenza. Huwa qal li l-Kunsill tal-Munxar iħares lejn il-lokalita’ tax-Xlendi bħala potenzjal u mħux bhala problema u dan jixduh id-diversi inizjattivi meħudha f’din il-bajja. |
| Chris Said qal li l-mira | tal-Gvern hi li jkollna pajjiż sostenibbli sal-2015 ma tistax tintlaħaq mingħajr il-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali. |
| Il-Gvern qed juri l-impenn | tieghu sabiex tintlaħaq din il-mira u propju fil-Budget 2008 ħabbar żieda ta’ 17% (4 miljun Ewro) fl-iffinanzjar tal-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk ġew allokati 350,000 ewro oħra f’erba` skemi ta’ ffinanzjar, 303,000 ewro bħala Ko-Finanzjament ta’ proġetti bil-finanzjament tal-Unjoni Ewropea u 4.5 miljun ewro fl-Urban Improvement Fund u għajnuniet oħra. |
| Chris Said qal li f’dawn l-aħħar | ġranet ġie ċċelebrat il-ħmistax il anniversarju minn meta ġew stabbiliti l-Kunsilli Lokali f’Malta u f’Għawdex waqt li ngħalaq ukoll il-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-Kunsilli Lokali li kien ilu għaddej għal dawn l-aħħar sitt xhur. Fil-preżent ninsabu fil-fażi li jiġu evalwati s-suggerimenti kollha li saru u fil-bidu tal-2009 għandhom jibdew jitressqu l-emendi li hemm bżonn fil-Parlament. |
| Is-Segretarju Parlamentari | qal li l-Gvern irid li din ir-riforma twassal sabiex ikollna Kunsilli Lokali aktar responsabbli, trasparenti u kontabbli. B’hekk ikollna lokalitajiet sostennibli li jaħdmu aktar fil-qasam soċjali, edukattiv u kulturali u li jwasslu b’mod dirett il-valur tas-solidarjeta` fil-lokalitajiet tagħhom. |
| Chris Said qal li Jum | il-Munxar huwa okkażjoni li jfakkar u jsaħħaħ l-identita` ta’ dan ir-raħal. Huwa feraħ lil-Swor Giovanna Francesca Curmi li ġiet mogħtija ‘Gieħ il-Munxar’ u faħħar l-inizjattiva tagħha, ix-xogħol u l-impenn li wriet f’diversi oqsma, fosthom sabiex il-Munxar ikollu l-Kor tiegħu bl-isem ta’ ‘Ilħna Smewwija’. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984