Left arrow Mur Lura

TWINNING BEJN MALTA U L-ITALJA GĦAS-SETTUR AGRIKOLU

PR1993
Date Icon 12/12/2008
Fl-okkażjoni tal-għeluq ubħala parti mill-attivitajiet ta’ twinning ghas-settur agrikolu bejn Malta u l-Italja ġie organizzat seminar fejn fih ħadu sehem l-ET Paolo Andrea Trabalza l-Ambaxxatur tal-Italja għal Malta, l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino kif ukoll diversi rappreżentanti ta’ għaqdiet tal-bdiewa minn Malta u l-Italja.
Waqt dan is-seminar sarudiversi preżentazzjonijiet minn uffiċjali li jaħdmu fil-Paying Agency, dwar ix-xogħol li twettaq u li għadu jiġi attwat mill-Paying Agency bl-għajnuna tal-esperti Taljani. Il-Malta Paying Agency tamministra, tipproċessa u tikkontrolla l-ħlasijiet lill-bdiewa,  raħħala u produtturi permezz tal-fondi mill-Unjoni Ewropea allokati taħt il-Politika Agrikola Komuni Ewropea.
Il-Ministru George Pullicinorringrazzja lill-Gvern Taljan għall-assistenza teknika li qed jagħti lil Malta Paying Agency, permezz ta’ fondi strutturali tal-EU li jlaħħqu ‘l fuq minn 2 miljun Ewro. Il-Ministru Pullicino qal li dan l-arranġament isahhah il-kolaborazzjoni ta’ bejn Malta u l-Italja li żviluppat matul iż-żmien. Hu fakkar fil-Protokoll Finanzjarju Taljan li kien ta’ benefiċċju kbir għal Malta fis-snin li għaddew.
Il-Ministru Pullicino tkellemukoll dwar il-Miżura 121 li hi ta’ benefiċċju għall-bdiewa u r-raħħala. Huwa tenna li wara aktar konsultazzjonijiet mal-Għaqdiet tal-Bdiewa u tar-Raħħala, l-anqas ammont ta’ investiment applikabbli biex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna ġie rivedut u issa huwa ta’ €1,000 u mhux €5,000, kif ukoll id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet ġiet estiża għat-30 ta’ Jannar 2009. Dan l-inċentiv sar  sabiex numru akbar ta’ bdiewa u raħħala jiġu mħajra jtejbu l-metodi u l-prattiċi tagħhom fis-settur agrikolu.
Intant  L-ET Paolo AndreaTrabalza tkellem dwar ir-rabtiet bejn Malta u l-Italja speċjalment fil-qasam kummerċjali u turistiku. Hu qal li dan il-ftehim bejn il-Malta Paying Agency u l-aġenzija Taljana juri l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi anke fis-settur agrikolu biex dan ikompli miexi ’l quddiem. Hu rrefera wkoll għas-sħubija ta’ Malta fl-UE u qal li llum Malta kisbet vuċi ferm akbar għax għandha l-istess vuċi u vot daqs pajjiżi akbar minnha.  L-ET Trabalza saħaq li hemm bżonn li l-pajjiżi tal-UE jkollhom politika komuni f’ħafna aktar oqsma.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow