Left arrow Mur Lura

SESSJONI PLENARJA - L-EWROPA TAGĦTI WIDEN

PR1991
Date Icon 12/12/2008
Waqt sessjoni plenarjaorganizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta b’kollaborazzjoni mal-MEUSAC, il-partijiet soċjali, l-Għaqdiet mhux Governattivi u l-pubbliku in ġenerali kellhom l-opportunità jitkellmu fuq dak li ġara fl-aħħar sentejn wara proċess ta’ konsultazzjoni li kienet għamlet ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f’Malta fl-2006.
F’dan il-proċess ta’konsultazzjoni r-Rappreżentanza f’Malta semgħet kummenti dwar l-aspetti pożittivi u negattivi tas-sħubija ta’ Malta fl-UE, x’qed jistenna l-poplu Malti minn din is-sħubija u kif wieħed jista’ jgħin biex jintlaħqu dawn l-aspetattivi.
Dan kollu sar bħala partimill-Pjan D tal-Kummissjoni Ewropea u matul dan il-proċess saru diversi sessjonijiet f’Malta u Għawdex. Il-punti kollha mqajma f’dawn is-sessjonijiet inġabru f’rapport imħejji mill-Profs Roderick Pace.
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said għalaq is-sessjoni plenarja. Huwa qal li wara li għaddew sentejn minn dan il-proċess inħass il-bżonn li jerġa’ jkun hemm laqgħat mal-organizzazzjonijiet sabiex naraw fejn wasalna u x’sar.
Chris Said qal li l-parteċipazzjonitagħna fil-proċessi tal-Unjoni Ewropea ma taqax fuq widnejn torox u l-proċess ta’ sentejn ilu u din l-attivita huma prova li l-Unjoni Ewropeja trid tisma’ u tara li tkun ittieħdet azzjoni.
Is-Segretarju Parlamentarighall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni qal li anki l-Gvern Malti qed jagħti importanza kbira lill-konsultazzjoni.  Fil-fatt il-Gvern ħoloq Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika sabiex il-poplu jkun involut aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Il-Gvern hu impenjatf’diversi proċessi ta’ konsultazzjoni u Chirs Said tkellem dwar żewġ proċessi li ntemmu ftit ilu, jiġifieri r-riforma tal-liġijiet tal-kera u r-riforma tal-Kunsilli Lokali.
Barra minn dan, il-Gvernsaħħaħ il-mekkanizmu tal-MCESD u reġa’ waqqaf il-MEUSAC.  It-twaqqif tal-MEUSAC fih innifsu kien risposta għat-talbiet li saru f’dawn l-aħħar snin biex il-proċess li kien jeżisti fi żmien in-negozjati għas-sħubija ta’ Malta fl-UE jerġa’ jitħaddem.
Chris Said qal li l-Gvernhuwa kommess għall-konsultazzjoni effettiva.  Il-Konsultazzjoni trid tkun immirata lejn u aċċessibbli mill-partijiet interessati fis-settur partikolari li jkun qed jiġi diskuss.  Huwa appella wkoll biex l-Għaqdiet mhux Governattivi jingħaqdu flimkien ħalli jkunu jistgħu jiksbu aktar benefiċċji mill-UE.
Konsultazzjoni ma tfissirx lil-Gvern qed jabdika mid-dover tiegħu li jiddeciedi iżda konsultazzjoni effettiva twassal biex tinġabar informazzjoni li permezz tagħha l-Gvern jifformula l-policies tiegħu.
Chris Said qal likonsultazzjoni effettiva tippermetti lill-Gvern biex jieħu deċiżjonijiet infurmati fuq materji ta’ policy, itejjeb l-effiċjenza tas-Servizz Pubbliku, u jsaħħaħ l-accountability ta’ awtoritajiet u entitajiet pubbliċi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow