Left arrow Mur Lura

ATTIVITAJIET F’GĦAWDEX FL-AĦĦAR TAS-SENA

PR1989
Date Icon 12/12/2008
Għat-tielet sena konsekuttiva, din is-sena seterġa’ tiġi organizzata f’Għawdex attività  tal-aħħar tas-sena, li l-popolarità tagħha wasslet biex daħlet fil-kalendarju kulturali tal-gżira Għawdxija.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet lisaret fil-Ministeru għal Għawdex u li kienet indirizzata mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono u s-Sindku tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Robert Tabone.
Tħabbar ukoll li l-attività tal-aħħar tas-senase tkun animata mill-grupp popolari Zoo, filwaqt li l-għażla tal-gruppi li se jdoqqu fi Pjazza Indipendenza u fi Pjazza San Ġorġ se tiġbed lejha tfal, żgħażagħ, adulti u anke familji. Fi Pjazza San Ġorġ se jkun hemm ukoll roknagħat-tfal li se tkun iddominata minn logħob animat.
Filwaqt li wriet apprezzament għall-ħidmatal-Kunsill Lokali tal-belt kapitali ta’ Għawdex, il-Ministru Debono faħħret l-impenn li għandu l-istess kunsill biex jorganizza attivitajiet varji, li jattiraw mhux biss lir-residenti Rabtin u Għawdxin, iżda wkoll bosta Maltin u turisti li jkunu Għawdex matul dan il-perjodu ta’ festi.  Hija żiedet tgħid li permezz tas-sostenn tal-Gvern għal inizjattivi simili, attivitajiet bħal dawn jgħinu biex jiġġeneraw aktar kummerċ lejn il-gżira Għawdxija, speċjalment fi żmien relattivament kwiet tas-sena.
Min-naħa tiegħu s-Sindku tar-Rabat, RobertTabone, irringrazzja lill-Ministru tal-għajnuna li l-Ministeru għal Għawdex dejjem offra għall-organizzazzjoni ta’ din l-attività partikolari, kif ukoll għal attivitajiet oħra matul is-sena. Huwa sostna li l-aspettattiva għal din l-attività hi waħda kbira, kif jixhdu l-mijiet ta’ emails li rċieva l-Kunsill matul l-aħħar xahar.  Filwaqt li qal li l-iskop hu li tinħoloq atmosfera ferriħija għal kulħadd, minn tfal sa anzjani u miż-żgħażagħ sal-ġenituri, Tabone ħeġġeġ lin-nies biex kif għamlu fis-sentejn li għaddew, jerġgħu jikkonkorru bi ħġarhom biex jiċċelebraw is-Sena l-Ġdida bl-isbaħ mod.
Numru ta’ miżuri ta’ sigurta’ li se jittieħdugħal dawn l-attivitajiet jinkludu pulizija u gwardjani lokali biex imexxu t-traffiku kif ukoll jindikaw il-postijiet ta’ parkeġġi li se jkun hemm fl-inħawi. Se jkun hemm ukoll żewġ ambulanzi għal-lest biex jiżguraw interventi immedjati f’każ ta’ bżonn.
Waqt din il-konferenza ssemmiet ukollil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex ma’ bosta Kunsilli Lokali Għawdxin li bħal Kunsill Lokali tar-Rabat jagħrfu jieħdu inizjattivi matul is-sena kollha. Dan żgur li hu ta’ benefiċċju biex jippromwovi lil Għawdex minn angoli differenti li però kollha jagħmlu parti mill-prodott uniku u awtentiku tal-gżira ta’ Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow