STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR1988
12/12/2008
Dr. Joseph Muscat reġa żbalja: ma vverifikax l-affarijiet sew
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr. Joseph Muscat reġa żbalja.
| Din id-darba fid-diskors | tiegħu tal-bieraħ wasal għal konklużjonijiet ħżiena li m’humiex ibbażati fuq il-fatti għax reġa ma ċċekkjax l-affarijiet sew. |
| Mhux minnu dak li qal il-Kap | ta’ l-Oppożizzjoni li fl-avviż legali li ġie ppubblikat il-ġimgġa li għaddiet daħlu għall-ewwel darba l-kliem “Tariffa għad-dritt tas-Servizz u konsum ta’ l-ilma, u li tinkorpora l-kontribuzzjoni għad-dritt tad-drenaġġ”. Dan it-titlu ilu jintuża għal kważi għaxar snin. |
| Fil-fatt, dan hu l-istess | titlu li jinstab fl-avviż legali numru 58 ta’ l-1999 fl-ewwel u fit-tieni skeda ippubblikati f’Marzu ta’ l-1999. Bl-avviż legali li ġie ppubblikat il-ġimgħa li għaddiet, bil-kontra ta’ dak li qal Dr Joseph Muscat, is-sitwazzjoni ma nbidlitx. |
| Wieħed jistenna li l-Kap ta’ | l-Oppozizzjoni jivverifika sew dak li jkun se jgħid u ma jasalx għall-konklużjonijiet mgħaġġla u żbaljati. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984