Left arrow Mur Lura

‘ID-DAWL TAL-PAĊI’ JASAL F’GĦAWDEX HEKK KIF TFAL GĦAWDXIN JINGĦAQDU BID-DONAZZJONIJIET GĦALL-MCCF

PR1987
Date Icon 12/12/2008
Għadd imdaqqas ta’ tfal ġejjin mill-iskejjelprimarji u sekondarji minn madwar Għawdex inġabru fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu għal ċerimonja b’differenza, fejn minbarra l-attività tal-Community Chest Fund li ssir ta’ kull sena, it-tfal Għawdxin kellhom l-opportunita’ li jilqgħu bi ħġarhom ‘id-dawl tal-paċi’. Il-fjamma mkebbsa f’lanterna ta’ kull sena titwassal mill-belt ta’ Betlem lejn diversi pajjiżi madwar id-dinja. Għal dawn l-aħħar 22 sena, din it-tradizzjoni ġiet miżmuma wara li kienet bdiet bħala inizjattiva ta’ l-ORF Austrian Television bħala proġett ta’ għajnuna lill-persuni b’diżabilità.
Din il-lanterna bil-fjamma tal-paċi wasletGħawdex fuq ħelikopter tal-Missjoni Militari Taljana f’Malta, il-Ġimgħa filgħodu b’koordinazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kurja tal-Isqof f’Għawdex, wara li jumejn qabel waslet Malta fuq titjira minn Vjenna, fl-Awstrija.
L-attività f’Għawdex, li għaliha attendew fostl-oħrajn il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, sindki u kappillani Għawdxin, bdiet bil-wasla tal-fjamma bid-dawl tal-paċi fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, fejn sitt itfal Għawdxin wasslu messaġġ qasir b’sitt lingwi differenti: bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ispanjol. Il-messaġġ sar b’sitt lingwi hekk kif din is-sena qed niċċelebraw is-sena tad-Djalogu Interkulturali.
Wara ġiet iċċelebrata quddiesa mill-IsqofEmeritus Nikol Cauchi fejn matulha tfal minn diversi skejjel Għawdxin taw il-flus li nġabru għall-Community Chest Fund lis-Sinjura Mary Fenech Adami, filwaqt li tfal oħra bix-xemgħat ħadu d-dawl tal-paċi mill-fjamma, biex imbagħad, meta marru lura l-iskola, poġġewha mal-presepju.
Ta’ kull sena, dan id-dawl jitwassal minn Betlemf’bosta djar madwar l-Ewropa, bħala tifkira tal-Milied, fejn jitwassal messaġġ ta’ paċi. Kull sena, tifel jew tifla Awstrijaka jivvjaġġaw lejn Betlem biex ifittxu din il-lanterna li tkun mixgħula fil-grotta tan-natività f’Betlem, fejn imbagħad din tittieħed l-ajruport ta’ Telaviv f’Iżrael, u tittella’ f’ajruplan lejn l-Awstrija. Matul il-vjaġġ il-fjamma tingħata l-ossiġnu biex tibqa’ tnemnem.  Fost postijiet prominenti din il-fjamma tiġi wkoll mixgħula fil-Parlament Ewropew u f’istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Din il-fjamma kienet simbolu ta’ paċi hekk kifwaqa’ l-komuniżmu fil-pajjiżi Ewropej tal-Lvant. Fil-Milied tal-1989, madwar għaxart elef persuna nġabru fiċ-ċentru Ċek ta' Budweis, biex jiċċelebraw din il-paċi, u fl-istess sena nxtegħlet l-ewwel lanterna tal-paċi f'Betlem.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow