PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAT-TOROQ - LAQGĦA MAL-KUNSILLI LOKALI - IL-ĠIMGĦA 12 TA’ DIĊEMBRU 2008
PR1986
12/12/2008
| Il-MEPA kompliet bil-proċess ta’ konsultazzjoni | dwar klassifikazzjoni ta’ toroq f’żoni urbani ta’ konservazzjoni. |
| Il-MEPA diġa’ kellha laqgħa simili mal-NGO’s u | issa kien imiss li ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Matul din il-laqgħa, il-MEPA ppreżentat dokument bil-għan li tiġbed l-attenzjoni fuq l-objettivi prinċipali ta’ dan l-eżercizzju, l-aspetti varji tal-klassifikazzjoni, il-mod kif din il-klassifikazzjoni ħadmet fi pjani lokali oħra, u biex jiġu analizzati l-possibilitajiet li jkun hemm titjib fuq il-proċessi ta’ qabel. |
| L-eżercizzju ta’ | klassifikazzjoni huwa mmirat għall-pjani lokali tal-Majjistral, iz-żona ċentrali, in-naħa t’isfel ta’ Malta u l-Bajja ta’ Marsaxlokk. |
| Waqt din il-preżentazzjoni, | is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika Chris Said faħħar ix-xogħol tal-MEPA f’dan ir-rigward u qal li l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-NGO’s, mal-Kunsilli Lokali u anki mal-pubbliku huwa wieħed importanti ħafna. |
| Chris Said emfasizza l-importanza | tal-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali f’dan il-proċess ghax ħadd daqs il-Kunsilli Lokali ma jista’ jifhem il-bzonnijiet u l-karatteristici taż-żoni diskussi. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika appella lill-Kunsilli Lokali sabiex jaħtfu l-opportunita’ li għandhom u jaraw li jissottomettu proposti studjati tajjeb biex ikollhom sehem ewlieni fl-iżvilupp sostenibbli tal-lokalitajiet tagħhom. Din hija responsabbilita’ importanti hafna li l-Kunsilli Lokali għandhom jieħdu bl-akbar serjeta. |
| Il-Kunsilli Lokali jridu | jaraw li l-wirt storiku u arkitettoniku fiċ-ċentri tal-lokalitajiet tagħhom jigi salvagwardjat u konservat ghax dan jagħti identita’ u potenzjal kbir lill-irħula u l-bliet tagħna. |
| Chris Said għalaq billi | rringrazzja lill-MEPA u lill-Kunsilli Lokali u appella wkoll lill-Kunsilli Lokali biex jahdmu ħalli jinfurmaw lir-residenti u jiġbru r-reazzjonijiet tagħhom dwar dan il-proċess importanti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984