Malta u Spanja ser jibdew jikkolaboraw mill-qrib fir-ripatrijazzjoni ta’ immigranti illegali
PR1984
12/12/2008
| L-isfidi li qed iġib miegħu l-fenomenu | tal-immigrazzjoni illegali fil-Mediterran kienu it-tema ewlenija ta’ laqgħa bilaterali bejn il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici u l-Ministru tal-Intern Spanjol Alfredo Perez Rubalcaba. |
| Il-laqgħa li saret il-bieraħ filgħaxija | f’Madrid poġġiet il-pedamenti biex Malta u Spanja jibdew jaħdmu iktar mill-qrib f’dan il-qasam peress li l-problemi li qed jiffaċċjaw iż-żewġ pajjiżi bl-immigrazzjoni illegali huma simili. Il-Ministri Mifsud Bonnici u Perez Rubalcaba qablu dwar il-prijorità li l-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil jibda jitħaddem mill-aktar fis-possibbli. Huma qablu wkoll li ż-żewġ pajjiżi għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex il-materji relatati mal-immigrazzjoni illegali fil-Mediterran jibqgħu jingħataw importanza għolja fl-aġenda tal-Unjoni Ewropea waqt il-Presidenza Ċeka u l-Presidenza Svediża tul is-sena d-dieħla, qabel ma l-Presidenza tgħaddi f’idejn Spanja fis-sena 2010. |
| Il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fuq | ir-ripatriju ta’ dawk l-immigranti illegali li ma jingħatawx status ta’ refuġjat jew protezzjoni umanitarja temporanja ukoll kienet fuq l-aġenda ta’ din il-laqgħa. F’dan ir-rigward, intlaħaq ftehim biex grupp ta’ Pulizija Spanjoli jiġu Malta s-sena d-dieħla sabiex jassistu lill-Korp tal-Pulizija fuq każijiet ta’ din in-natura. |
| Il-Ministru Mifsud Bonnici spjega wkoll | lill-Ministru Spanjol dwar il-ħidma tal-Quadro Group magħmul minn Malta, Greċja, Ċipru u l-Italja. Dan il-grupp qiegħed jaħdem biex jippreżenta front komuni f’ livell ta’ Unjoni Ewropea dwar materji relatati mal-immigrazzjoni illegali. Il-Ministru Perez Rubalcaba wera ruħu interessat ħafna f’dan il-grupp. |
| Ġew diskussi wkoll il-kollaborazzjoni bejn | iż-żewġ pajjiżi fuq is-setturi tal-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili, u kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jaqsmu l-għarfien tagħhom f’dawn iż-żewġ oqsma. |
| Għal din il-laqgħa, il-Ministru għall-Gustizzja | u l-Intern fost oħrajn kien akkumpanjat mill-Kummissarju tal-Pulizija, John Rizzo u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, Mario Debattista. |
| Iż-żjara tal-Ministru Mifsud Bonnici fi Spanja | ġiet fi tmiemha llum bi żjara fl-Akkademja Nazzjonali tal-Pulizija Spanjola f’Avila. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984