ESTENSJONI TAD-DATA TAL-GĦELUQ TAS-SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT il-Fond Soċjali Ewropew
| Id-data tal-għeluq | tas-sejħa l-ġdida għall-proġetti ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013, li kienet imnehdija mid-Diviżjoni dwar l-Ippjanar u l-Koordinazjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fid-19 ta’ Ottubru, giet estiża sad-9 ta’ Jannar 2009. |
| Organizzazzjonijiet | eliġibbli huma mistiedna li jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-proġetti relatati ma żewġ assi ta’ prijorita’ taħt il-Programm Operattiv II, ‘Insaħħu Ħilitna għal aktar Impjiegi u Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’. |
| Għal | din is-sejħa l-Assi tal Prijorita’ li taħthom qed jintlaqgħu proposti għall-proġetti huma: |
- Assi ta’ Prijorita’ 2 - Ninvestu fl-impjegabbilta’ u l-adattabbilta’ tal-ħaddiema.
Allokazzjoni Finanzjarja : €10 miljuni – għas-Setturi kollha
- Assi ta’ Prijorita’ 4 - Insaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi
| Allokazzjoni Finanzjarja : €12 -il miljun – | għas-Setturi kollha (€2 miljuni minnhom huma speċifikament allokati għas-settur : Promozzjoni ta’ djalogu soċjali u ċivili aktar effetiv f’Malta) |
| Is-sejħa issa ser tagħlaq f’nofsinhar | (12:00 hrs) tal-Ġimgha, 9 ta’ Jannar 2009 minflok fil-15 ta’ Diċembru. |
Il-Programm Operattiv II, formoli ta’ applikazzjoni, in-noti ta’ gwida, il-kriterji ta’ selezzjoni u eliġibilita’, kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt
Mistoqsijiet ġenerali relatati ma din is-sejħa jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 għandhom jiġu indirizzati lil Email Helpdesk: info@ppcd.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984