Left arrow Go Back

ESTENSJONI TAD-DATA TAL-GĦELUQ TAS-SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT il-Fond Soċjali Ewropew

PR1983
Date Icon 12/12/2008
Id-data tal-għeluqtas-sejħa l-ġdida għall-proġetti ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013, li kienet imnehdija mid-Diviżjoni dwar l-Ippjanar u l-Koordinazjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fid-19 ta’ Ottubru, giet estiża sad-9 ta’ Jannar 2009.
Organizzazzjonijieteliġibbli huma mistiedna li jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-proġetti relatati ma żewġ assi ta’ prijorita’ taħt il-Programm Operattiv II, ‘Insaħħu Ħilitna għal aktar Impjiegi u Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’.
Għaldin is-sejħa l-Assi tal Prijorita’ li taħthom qed jintlaqgħu proposti għall-proġetti huma:

-         Assi ta’ Prijorita’ 2 - Ninvestu fl-impjegabbilta’ u l-adattabbilta’ tal-ħaddiema.

Allokazzjoni Finanzjarja : €10 miljuni – għas-Setturi kollha

-         Assi ta’ Prijorita’ 4 - Insaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi

Allokazzjoni Finanzjarja : €12 -il miljun –għas-Setturi kollha (€2 miljuni minnhom huma speċifikament allokati  għas-settur : Promozzjoni ta’ djalogu soċjali u ċivili aktar effetiv f’Malta)
Is-sejħa issa ser tagħlaq f’nofsinhar(12:00 hrs) tal-Ġimgha, 9 ta’ Jannar 2009 minflok fil-15 ta’ Diċembru.

Il-Programm Operattiv II, formoli ta’ applikazzjoni, in-noti ta’ gwida, il-kriterji ta’ selezzjoni u eliġibilita’, kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt

Mistoqsijiet ġenerali relatati ma din is-sejħa jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 għandhom jiġu indirizzati lil Email Helpdesk: info@ppcd.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow