Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU U D-DIRETTORATI TAL-EDUKAZZJONI IMPENJATI BIEX JOĦORĠU L-AĦJAR MIT-TFAL KOLLHA

PR1981
Date Icon 12/12/2008
Waqtli kienet qed titkellem f’Jum il-Premjazzjoni fl-iskola Primarja ta’ Bormla fil-Kulleġġ Santa Margerita, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina sostniet li kemm il-Ministeru kif ukoll iż-żewġ Direttorati Ġenerali tal-Edukazzjoni huma impenjati li joħorġu l-aħjar fit-tfal kollha Maltin u Għawdxin, matul l-esperjenza edukattiva tagħhom.
Il-Ministru qalet li dan l-aħħar, l-iskolaprimarja ta’ Bormla kienet taħt il-lenti u saret ħsara bla bżonn lit-tfal u lill-ġenituri tagħhom kif ukoll lill-għalliema tal-istess skola.  Madankollu minn dik l-esperjenza qarsa wkoll ħarġu affarijiet pożittivi.  Tant hu hekk li twaqqfu żewġ gruppi biex ifasslu programm speċjali biex ikun assigurat li t-tfal li jattendu din l-iskola, bħat-tfal l-oħra f’Malta u Għawdex, ikollhom l-opportunita’ li joħorġu l-aħjar tagħhom bl-għajnuna tal-għalliema dedikati.
Dawnil-gruppi mistennija jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sa tmiem din is-sena biex imbagħad jibda jitwettaq il-programm imfassal, fl-interess tat-tfal kollha li jattendu din l-iskola.
Il-Ministru għamlet riferenza għar-riformiproposti fl-edukazzjoni u li bħalissa qed ikunu diskussi f’laqgħat ta’ konsultazzjoni u sostniet li dawn ir-riformi huma mmirati biex filwaqt li jneħħu li stress żejjed minn fuq it-tfal, ikollna sistema li verament tirrikonoxxi l-ħiliet tat-tfal kollha, tgħinhom biex jimxu lkoll ’l quddiem u toħroġ l-aħjar minnhom.
Tkellmet ukoll dwar l-importanza li l-ġeniturijieħdu interess fl-edukazzjoni ta’ uliedhom kif ukoll dwar il-bżonn li nibdw nagħtu valur sħiħ lill-attivitajiet li t-tfal jagħmlu fl-iskola u barra minnha, li jgħinuhom jiżviluppaw il-karattru u l-personalita’ tagħhom.  Fi żmien qasir, iċ-Ċertifikat li jingħata lit-tfal tagħna meta jispiċċaw mill-iskola se jkun jirrifletti wkoll dawn il-ħiliet u l-kompetenzi li t-tfal ikunu kisbu.
Il-Ministru qassmet diversi premjijiet lit-tfalu assistiet ukoll għal kant mill-kor tal-iskola u għal reċta qasira bit-tema tal-Milied.
Preżenti għal Jum il-Gradawazzjoni kien hemmukoll is-Sindku u l-Arċipriet ta’ Bormla kif ukoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow