IL-MINISTERU U D-DIRETTORATI TAL-EDUKAZZJONI IMPENJATI BIEX JOĦORĠU L-AĦJAR MIT-TFAL KOLLHA
PR1981
12/12/2008
| Waqt | li kienet qed titkellem f’Jum il-Premjazzjoni fl-iskola Primarja ta’ Bormla fil-Kulleġġ Santa Margerita, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina sostniet li kemm il-Ministeru kif ukoll iż-żewġ Direttorati Ġenerali tal-Edukazzjoni huma impenjati li joħorġu l-aħjar fit-tfal kollha Maltin u Għawdxin, matul l-esperjenza edukattiva tagħhom. |
| Il-Ministru qalet li dan l-aħħar, l-iskola | primarja ta’ Bormla kienet taħt il-lenti u saret ħsara bla bżonn lit-tfal u lill-ġenituri tagħhom kif ukoll lill-għalliema tal-istess skola. Madankollu minn dik l-esperjenza qarsa wkoll ħarġu affarijiet pożittivi. Tant hu hekk li twaqqfu żewġ gruppi biex ifasslu programm speċjali biex ikun assigurat li t-tfal li jattendu din l-iskola, bħat-tfal l-oħra f’Malta u Għawdex, ikollhom l-opportunita’ li joħorġu l-aħjar tagħhom bl-għajnuna tal-għalliema dedikati. |
| Dawn | il-gruppi mistennija jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sa tmiem din is-sena biex imbagħad jibda jitwettaq il-programm imfassal, fl-interess tat-tfal kollha li jattendu din l-iskola. |
| Il-Ministru għamlet riferenza għar-riformi | proposti fl-edukazzjoni u li bħalissa qed ikunu diskussi f’laqgħat ta’ konsultazzjoni u sostniet li dawn ir-riformi huma mmirati biex filwaqt li jneħħu li stress żejjed minn fuq it-tfal, ikollna sistema li verament tirrikonoxxi l-ħiliet tat-tfal kollha, tgħinhom biex jimxu lkoll ’l quddiem u toħroġ l-aħjar minnhom. |
| Tkellmet ukoll dwar l-importanza li l-ġenituri | jieħdu interess fl-edukazzjoni ta’ uliedhom kif ukoll dwar il-bżonn li nibdw nagħtu valur sħiħ lill-attivitajiet li t-tfal jagħmlu fl-iskola u barra minnha, li jgħinuhom jiżviluppaw il-karattru u l-personalita’ tagħhom. Fi żmien qasir, iċ-Ċertifikat li jingħata lit-tfal tagħna meta jispiċċaw mill-iskola se jkun jirrifletti wkoll dawn il-ħiliet u l-kompetenzi li t-tfal ikunu kisbu. |
| Il-Ministru qassmet diversi premjijiet lit-tfal | u assistiet ukoll għal kant mill-kor tal-iskola u għal reċta qasira bit-tema tal-Milied. |
| Preżenti għal Jum il-Gradawazzjoni kien hemm | ukoll is-Sindku u l-Arċipriet ta’ Bormla kif ukoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984