STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN
PR1979
12/12/2008
| Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet | Barranin jirreferi għal editorjal ewlieni bl-Ingliż ippubblikat illum f’ġurnal lokal. F’dan l-editorjal ingħatat il-fehma li l-laqgħa li kellha ssir bejn Malta, l-Italja u l-Libja f’ pajjiżna fit-5 ta’ Diċembru tħassret minħabba xi traskuraġni jew nuqqas ta’ ħila minn uffiċjali fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. |
| Għal din ir-raguni, qed tiġi | ppubblikata ittra li rċieva l-Gvern Malti mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Libjan bir-raġuni speċifika għala din il-laqgħa ġiet posposta. |
| B’riferenza wkoll għal dak li | ntqal dwar il-fatt li Malta mhux ser tkun qed tospita s-Segretarjat tal-Unjoni tal-Mediterran, qed tiġi wkoll ippubblikata l-offerta li għamel il-Gvern Malti f’dan ir-rigward. |
| Ta’ min ifakkar li Malta | akkwistat id-dritt li jkollha Assistent Segretarju Ġenerali (Deputy Secretary General) Malti fi ħdan din l-Unjoni, kif ukoll li jitwaqqaf f’Malta uffiċċju li jkun il-ħolqa bejn il-pajjiżi Ewropej u dawk tal-Lega Għarbija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984