Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMITAT PARLAMENTARI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI

PR1974
Date Icon 12/12/2008
Messaġġ mill-Presidenttal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor Edwin Vassallo, fl-okkażjoni tal-ġimgħa nazzjonali u l-Parlament tal-Persuni b’Diżabilità - Bidla fil-mentalità għaliex id-drittijiet mhumiex karità
Bħala Chairpersontal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u Membru Parlamentari ta’ din il-Kamra nixtieq nirringrazzja l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità tax-xogħol siewi li twettaq għall-ġid tas-soċjetà Maltija kollha, b’mod partikolari sabiex din tkun verament waħda inklussiva.
Il-bidla fil-mentalità hijaneċessarja sabiex is-soċjetà Maltija tifhem li l-bżonnijiet tal-persuna b’diżabilità huma l-istess bħal ta’ kulħadd.  Id-differenza hi li persuna b’diżabilità taqdi il-bżonnijiet tal-ħajja ta’ kuljum b’mod differenti.  Il-bżonn tal-mobilità huwa eżempju ċar ta’ dan.  Kulħadd għandu bżonn li jiċċaqlaq minn post għal ieħor sabiex imur għax-xogħol, jiltaqa’ ma’ tal-familja jew ħbieb, u jaqdi bżonnijiet oħra.  In-nuqqasijiet bioloġiċi m’għandhomx iżommu lura l-persuna b’diżabilità minn dan id-dritt u allura jkunu jeħtieġu mezzi differenti sabiex jaqdu dan id-dritt u bżonn, bħal siġġu tar-roti jew xi forma oħra ta’ assistenza.
Però s-siġġu tar-roti jew xiforma oħra ta’ assistenza mhumiex biżżejjed għaliex jeżistu l-ostakoli soċjali.  Dan il-ħsieb iwassalni għall-mudell soċjali tad-diżabilità; li filwaqt li jagħraf dawn in-nuqqasijiet bioloġiċi bħala limitazzjoni, jitfa’ dawl fuq l-ostakoli soċjali li intrinsikament jikkawżaw l-akbar żvantaġġi u diżabilità lill-persuni b’diżabilità.  In-nuqqas ta’ aċċess fiżiku, nuqqas ta’ aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, il-mod kif nitkellmu u kull forma ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta huma fost l-akbar fatturi li jikkawżaw dawn l-ostakoli soċjali.
Il-bidla fil-mentalità hijaneċessarja għaliex id-drittijiet mhumiex karità.  Għamilna żmien li l-karità kienet tkun qabel id-dritt uman, imma permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, istituzzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħrajn, din il-mentalità qed tinbidel favur l-ideal u dak li hu neċessarju għall-inklużjoni ta’ kulħadd.
Nixtieq nappella lil oqsma kollhaedukattivi, ċiviċi, u soċjali kollha f’pajjiżna sabiex jgħallmu u jedukaw lit-tfal u l-istudenti tagħna - u allura l-ħaddiema u professjonisti ta’ għada – l-importanza tal-mudell soċjali tad-diżabilità.  B’hekk is-soċjetà tibda tagħraf tagħmel aktar enfażi fuq il-persuna u mhux id-diżabilità.  Il-persuni b’diżabilità jeħtieġu drittijiet u mhux karità, empowerment u mhux kura.  Irridu nkomplu ntejbu l-lingwaġġ li jintuża, il-qasam tax-xogħol, u li s-servizzi soċjali mainstream tal-iStat ikunu aċċessibli għal kulħadd.
L-inklużjoni soċjali huwa proċessli kull persuna, irrispettivament miċ-ċirkustanzi tagħha, tista’ tilħaq il-milja ta’ ħajjitha.  Sabiex dan isir ix-xogħol u l-mezzi finanzjarji huma neċessarji iżda mhux suffiċjenti.  Soċjetà inklussiva hija kkaraterizzata minn sforz kollettiv lejn l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni, bilanċ bejn id-drittijiet u responsabilitajiet, empowerment u koeżjoni soċjali.  Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ta’ din il-Kamra huwa kommess li jirresponsabbilizza favur dawn il-valuri importanti.
Jidher li kemm il-Kumitat dwar l-AffarijietSoċjali u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità għandhom għanijiet simili ħafna u allura nistieden lill-Kummissjoni għal aktar kollaborazzjoni fil-futur qarib.  B’hekk inkunu qed nagħmlu differenza pożittiva u reali fil-ħajja ta’ kulħadd u sabiex verament ikollna aċċess għal kulħadd u suċċess għal kulħadd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow