Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI TA’ MALTA GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL F’ISEM ID-DIPARTIMENT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI U T-TAQSIMA GĦAR-REGOLAMENT VETERINARJU, KONSERVAZZJONI U KONTROLL TAS-SAJD

PR1973
Date Icon 11/12/2008
Il-Kummissjoni ta’Malta għas-Sigurtà tal-Ikel f’isem id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali u t-Taqsima għar-Regolament Veterinarju, Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd, tinforma lill-konsumaturi li ma hemm l-ebda raġuni għalfejn wieħed ikun ikkonċernat jew preokkupat fuq il-konsum taċ-ċanga li toriġina mill-Irlanda.
Skont il-FoodSafety Authority Irlandiża ma hemm l-ebda raġuni għalfejn jiġi irtirat mis-suq laħam taċ-ċanga. Sa issa l-Awtoritajiet Irlandiżi qegħdin ikomplu jagħmlu t-testijiet biex ikunu jistgħu jibqgħu jiċċertifikaw iċ-ċanga. Din is-sitwazjoni qiegħda tiġi segwita mill-qrib mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, inkluża Malta, fejn qed jiġu infurmati b’kull żvilupp li jkun qed iseħħ.
Il-laħamtal-majjal u taċ-ċanga mrobbija u maqtula f’Malta jiġu wkoll iċċekjati għal-livelli tal-PCBs (Poly Chlorinated Biphenyl) taħt il-Programm Nazzjonali tal-Kontroll tal-Laħam u sal-lum dawn it-testijiet kienu dejjem negattivi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow