Left arrow Go Back

Release No 1972-IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, L-ONOR CLYDE PULI, IĦABBAR PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI GĦAT-TNEDIJA TA’ KODIĊI TA’ ETIKA FL-ISPORT WAQT KONFERENZA TAL-MINISTRI RESPONSABBLI MILL-ISPORT TAL-KUNSILL TAL-EWROPA

PR1972
Date Icon 11/12/2008
Fil-ġimgħat li ġejjin ser jibdaproċess ta’ konsultazzjoni ma’ dawk kollha konċernati biex jitnieda kodiċi ta’ etika għal dawk kollha involuti fl-isport.
Dan ħabbru s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-Ministri responsabbli mill-Isport tal-Kunsill tal-Ewropa li qed tiltaqa’ f’Ateni.
Clyde Puli qal li l-għan ta’ danil-kodiċi huwa li jservi ta’ għodda biex fost l-oħrajn jiżdiedu t-trasparenza, il-fair play u l-ugwaljanza f’dan is-settur filwaqt li jikkumplimenta l-miżuri kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu.  Hu kompla jgħid li minbarra dan il-kodiċi, matul is-sena li ġejja ser tkun imnedija wkoll politika dwar il-protezzjoni tat-tfal fl-isport.  Hu tenna li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar din il-politika tnieda ftit tal-jiem ilu mill-Kunsill Malti għall-Isport biex wara li jintemm dan il-proċess tkun pubblikata din il-politika nazzjonali.
Dwar il-Kodiċi ta’ Etika, liwkoll qed ikun pilotat mill-Kunsill Malti għall-Isport, Clyde Puli qal li wara li jitħejja l-ewwel abbozz ser isiru sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-amministraturi, coaches, ġenituri, atleti, ġurnalisti kif ukoll supporters.
Hu qal li l-ewwel abbozz tħejjawara laqgħat li saru bejn membri tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, l-edukaturi u l-Kunsill Malti għall-Isport.
Fil-konferenza tal-Kunsilltal-Ewropa, li qed tlaqqa’ 47 Ministru responsabbli mill-isport mill-pajjiżi Ewropej, qed jiġi diskuss fost l-oħrajn, l-etika u l-awtonomija fl-isport kif ukoll qed issir analiżi tal-ħidma tal-World Anti Doping Agency (WADA),  Aġenzija li l-Kunsill Malti għall-Isport sar l-aġent tagħha f’pajjiżna bl-għan li tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra d-doping.
Dwar l-awtonomija fl-isport,Clyde Puli saħaq li filwaqt li ebda Gvern m’għandu jistituzzjonalizza t-tmexxija tal-attivita sportiva, kull stat għandu r-responsabilita li jara’ li l-isport jinżamm nadif u l-bogħod mill-abbuż.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow