Programm edukattiv ghall-Iskejjel organizzat mill-Orkestra Filarmonica Nazzjonali
PR1970
11/12/2008
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dalgħodu attendiet għal Programm Edukattiv għall-Iskejjel organizzat mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. |
| Matul dan il-programm mijiet ta’ tfal minn | skejjel sekondarji ingħataw spjega dwar diversi strumenti mużikali li jintużaw mill-mużiċisti tal-Orkestra Nazzjonali, kif ukoll informazzjoni dwar ix-xogħol tal-Orkestra. |
| Numru ta’ studenti ngħataw ukoll l-opportunita’ | li jdoqqu strumenti ta’ perkussjoni li tuża l-istess orkestra filwaqt li tnejn minnhom iddiriġew l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali għal waqtiet qosra. |
| F’kelmtejn li għamlet fi tmiem il-programm, | il-Ministru uriet l-apprezzament tagħha għal din l-inizjattiva li qalet li opportunitajiet bħal dawn għandhom ikomplu jingħataw u l-iskejjel u l-istudenti jagħmlu tajjeb li jeħduhom. |
| Il-Ministru faħħret il-ħidma tal-Orkestra | Filarmonika Nazzjonali u ħeġġet lill-istudenti biex jersqu aktar lejn il-mużika u lejn it-teatru għax dawn l-attivitajiet jgħinuhom jiżviluppaw il-personalita’ tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984