Left arrow Mur Lura

Malta u SpaNja JIFTEHMU li jikkollaboraw flimkien fil-qasam tal-Ġustizzja fUQ livell Ewropew

PR1969
Date Icon 11/12/2008
Malta u Spanja laħqu ftehim li jikkollaborawaktar flimkien sabiex materji ta’ interess komuni għalihom fil-qasam tal-ġustizzja jitmexxew aktar ‘l quddiem fil-programm ta’ ħidma tal-Unjoni Ewropea.
Waqt laqgħa li saret f’Madrid dal-għodu,il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici u l-Ministru tal-Ġustizzja Spanjol Mariano Fernandez Bermejo qablu li għandhom jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex f’livell Ewropew jissaħħu l-għodod legali f’materji bħal ma huma l-protezzjoni tat-tfal u l-protezzjoni tal-vittmi ta’ reati gravi. Għal dan l-għan, iż-żewġ Ministri qablu li Malta u Spanja għandhom jibdew jikkollaboraw aktar fil-fora kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Mifsud Bonnici u l-MinistruFernandez Bermejo tkellmu wkoll dwar il-bżonn li jissaħħaħ il-European evidence warrant sabiex jinħolqu mekkaniżmi aktar b’saħħithom li bihom tinġabar aktar evidenza relevanti għal ċertu kawżi fi stati membri differenti. Huma ttrattaw ukoll il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tal-medjazzjoni fil-kamp kriminali.
Fl-aħħar nett, il-Ministri tkellmu dwar żewġkonferenzi importanti li ser jitrattaw il-protezzjoni tat-tfal. L-ewwel konferenza ser tkun organizzata f’Marzu fil-belt ta’ Toledo mill-Gvern Spanjol li bħalissa jżomm il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa. It-tieni konferenza imsejħa “Third Judicial Conference on Cross-Frontier Family Law Issues” ser titlaqqa f’Malta taħt l-awspiċji tad-“The Hague Conference on Private International Law”  fi tmiem Marzu. Din il-konferenza ser tkun qed tiffoka fuq l-aċċess tat-tfal għall-ġenituri meta dawn ikunu jgħixu f’pajjiżi differenti.
Illejla, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Internmistenni jkompli ż-żjara tiegħu fi Spanja b’laqgħa mal-Ministru għall-Intern Spanjol, Alfredo Perez-Rubalcava, li matulha ser jiġi diskussi materji relatati mal-immigrazzjoni illegali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow