esIbizzjoni ta’ ċeramika u presepji minn Sciacca fl-Iskola St. Patrick’s
PR1966
11/12/2008
| Is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said inawgura uffiċjalment esibizzjoni u bejgh ta’ ċeramika u presepji minn Sciacca kif ukoll għamara antika. Dan il-bejgh qed isir fl-iskola tas-Salesjani St. Patrick’s f’Tas Sliema u l-qliegħ se jmur b’risq it-tfal li jattendu l-istess skola. |
| Chris Said qal li f’dawn iż-żminijiet ta’ festi | m’għandniex biss inzommu t-tradizzjoni li nagħtu r-rigali, izda rridu naraw ukoll li ngħinu ‘l ħaddieħor jew nikkontribwixxu għal xi kawża nobbli. |
| Is-Segretarju Parlamentari faħħar ix-xogħol ta’ | fejda li s-Salezjani jwettqu mat-tfal. Fost l-ohrajn huma jipprovdu residenza temporanja lil tfal li jkunu għaddejjin minn xi trawma u jkollhom bżonn ta’ residenza alternattiva. Is-Sależjani jindirizzaw t-trawmi li jkunu għaddew minnhom dawn it-tfal u jergħu jibnulhom il-futur tagħhom. |
| L-iskola tas-Sależjani tilqa’ fiha kemm tfal li | huma residenti fl-iskola stess, kif ukoll oħrajn li jattendu matul il-jum. B’dan il-mod it-tfal li jigu minn barra ikunu qed jgħinu fl-izvilupp ta’ dawk li huma residenti. L-għan ewlieni tal-iskola huwa li tippromwovi l-iżvilupp edukattiv kif ukoll dak soċjali u morali. |
| Chris Said qal li s-Sależjani jipprovdu ambjent | pożittiv fejn it-tfal li ghaddew minn trawmi soċjali jsibu sens ta’ sigurta’ flimkien mas-support kontinwu li jkollhom bżonn biex jergghu jiksbu l-kunfidenza fihom infushom. L-Onor. Chris Said qal li fl-iskola St.Patrick’s it-tfal ma jitgħallmux biss is-suggetti akkademici, izda jkunu preparati wkoll f’oqsma oħra tal-ħajja. Permezz ta’ din il-preparazzjoni ħolistika s-Salezjani qed jaghtu lil pajjizna żgħazagħ b’karattru sod u b’sens ċiviku qawwi. |
| Chris Said appella biex matul dawn il-ġranet | naħsbu fix-xoghol siewi li qed jagħmlu s-Sależjani u napprofittaw mill-opportunita’ sabiex nikkontribwixxu lejn kawża daqshekk nobbli. Huwa temm id-diskors tiegħu billi qal li bl-għajnuna tagħna lill-iskola St. Patrick’s, inkunu qed ninvestu fil-futur tal-pajjiż |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984