Left arrow Mur Lura

MIXGHELA TA’ SIGRA TAL-MILIED FOTOVOLTAJKA FL-ISPTAR MATER DEI.

PR1961
Date Icon 10/12/2008

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, l-Onor. Joseph Cassar, waqt li kien qed jattendi għal mixgħela tas-siġra fotovoltajka tal-Milied fl-isptar Mater Dei, irrefera ghal miżuri favur l-ambjent u kontra l-ħela tal-enerġija f’dan l-isptar pubbliku.

Dr. Cassar qal li l-Fondazzjoni għas-ServizziMediċi (FMS) flimkien ma’ l-Universita’ ta’ Malta qed tagħmel audit ta’ l-enerġija wżata fl-isptar Mater Dei u kif jista’ jkun hemm sistemi ta’ enerġija rinovabbli (renewable energy).
Eżerċizzju ieħor li sar f’Settembru 2007jissuġġerixxi li fuq il-bjut u fil-carpark ta’ Mater Dei jista’ jkun stallat apparat li jiġbor is-sħana tax-xemx u l-qawwa tar-riħ biex jintużaw flok sorsi oħra ta’ enerġija. Dan l-eżerċizzju qed ikun diskuss ukoll ma’ l-Universita’.
Dr. Cassar qal li l-iskop ta’ l-audit ta’l-FMS flimkien ma’ l-Universita’ hu li jkun hemm spezzjoni, stħarriġ u analiżi ta’ kif qed tkun użata l-enerġija f’dan l-isptar u jkunu identifikati l-oqsma fejn jista’ jitnaqqas il-ħela ta’ enerġija. Dan irid isir mingħajr ma jnaqqsu xejn mit-trattament u l-kura li tkun qed tingħata.
Ikun hemm lista li turi l-priorita’ ta’ fejnl-aktar jista’ jitnaqqas l-użu ta’ l-enerġija u kemm tiswa din il-ħela. Dan għandu jżid l-effiċjenza tal-provista ta’ l-elettriku u jnaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent.
L-FMS u l-Universita’ flimkien, għandhomjindentifikaw soluzzjonijiet potenzjali għall-generazzjoni ta’ l-elettriku. Ovvjament dan hu post sensittiv ħafna għax hemm is-saħħa tal-poplu fin-nofs, u xi kultant dak li jgħodd għad-djar jew għall-entitajiet kummerċjali ma jkunx jgħodd għal Sptar.
Dr. Cassar semma’ il-miżuri diġa’ meħuda biħsieb waqt id-disinn u l-bini ta’ l-isptar :

·        Fid-disinn il-miżuri għall-effiċjenza ta’ l-enerġija kienu double insulatedwalls, policy biex it-twieqi jinzammu magħluqa, ġbir ta’ l-ilma tax-xita, low-volume flush toilets, u environmentally adapted refridgerants.

·        F’dan l-isptar ghandna sistema komputerizzata bi tlettax-il elf point, li tikkontrolla l-heating, il-ventilazzjoni u l-arja kundizzjonata

·        Il-units kollha tad-dawl huma maqgħuda flimkien fi switchgear ċentrali li jaħdem b’vultaġġ baxx.

·        It-twieqi kollha ta’ l-isptar huma double glazed biex is-sħana jew il-kesħa ta’ ġewwa ma toħroġx u b’hekk l-airconditioners jew il-heaters jintuzaw anqas.

·        Il-bozoz kollha huma energy saving

·        Fil-maġġoranza tal-isptar kienu stallati sensors apposta biex id-dawl jinxtegħel biss meta tidħol persuna fil-kamra partikolari u jintefa’ meta toħroġ.

·        Fil-ħitan tpoġġa materjal apposta biex inaqqas mill-ħsejjes ta’ barra.

·        Ic-chillers ikunu mkessħa permezz ta’ l-ilma u dawn l-istess chillers jipprovdu s-supply għall-ilma li jintuza. Dan hu fatt pożittiv ghax jnaqqas il-load minn fuq il-boilers u għalhekk innaqsu l-konsum tal-fuel.

·        Barra minnhekk l-areas kollha użati mill-pazjenti l-aktar is-swali, inbnew iħarsu lejn it-Tramuntana u għalhekk ma jkunux esposti direttament fix-xemx. B’hekk innaqsu s-sħana fis-swali.

·        Madwar 270 varjazzjoni ta’ l-ispeed tkun użata fit-tħaddim tal-muturi elettroniċi. Ovvjament skond il-bżonn u dan ukoll jnaqqas l-enerġija użata.

·        L-ilma tax-xita jinġabar kollu u jkun użat fl-irrigazzjoni tal-landscaping li għandna madwar il-Mater Dei. U anke l-ilma maħmuġ ikun riċiklat fil-Mater Dei stess u użat għall-irrigazzjoni. 

Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Joseph Cassar qal li l-mixgħela tas-Sigra tal-Milied fl-isptar Mater Dei għandhu żewġ għanijiet : l-ewwel li flimkien mal-Kor preżenti (St. Paul Choral Society) jitnissel  il-ferħ tal-Milied, f’post fejn b’mod ovvju jkun assenjat ma’ diżgrazzji jew mard; u t-tieni għan hu li bi ftit sforz kulħadd jista’ jagħmel ħiltu għall-ambjent aħjar. 

Is-Segretarju Parlamentarighas-Saħħa irringrazzja lill-kumpanija Di Natura u lil Konsorzju Environmental Landscapes (ELC) “talli mill-ewwel laqgħu l-isfida taghna biex nagħmlu dan il-proġett sinifikattiv.”
Din is-sigra fiha elf bozzaLED u tinxtegħel b’sistema fotovoltajka.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow