Left arrow Mur Lura

XEJRIET POŻITTIVI FIL-QRATI MALTIN - XEJRIET POŻITTIVI FIL-KAWŻI PENDENTI

PR1958
Date Icon 10/12/2008

Meta wieħed iqabbel l-istatistika ta’ kemm ilhom pendenti l-kawżi ċivili quddiem il-Qrati tagħna minn Settembru 2007 sa Settembru ta’ din is-sena, wieħed jinnota numru ta’ linji pożittivi, il-ħidma siewja u kontinwa tal-Maġistrati u l-Imħallfin, kif ukoll tan-numru ta’ emendi li saru f’dawn l-aħħar snin.

Jirriżulta għalhekk li:

·        Fil-Qorti Kostituzzjonali, kawżi li ilhom aktar minn ħames snin pendenti naqsu minn 30% għal 14%.

·        Baqgħet it-tendenza pożittiva fil-Qorti ta’ l-Appelli Inferjuri fejn hemm biss 1% tal-kawżi kollha f’din il-Qorti li ilhom ’il fuq minn ħames snin u li għadhom pendenti.

·        Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, it-total ta’ kawżi li ilhom pendenti aktar minn ħames snin naqsu minn 37% għal 33%. Din it-tendenza tawgura tajjeb għat-tnaqqis fil-backlog tal-Qorti fil-futur.

·        Fil-Qorti tal-Familja, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, wieħed jinnota b’sodisfazzjon li t-tendenza pożittiva baqgħet l-istess b’76% tal-kawżi ilhom anqas minn tlett snin pendenti.

·        Il-Qorti tal-Maġistrati (Sede Ċivili) ukoll uriet tendenza pożittiva fil-qasam tal-kawżi li ilhom pendenti bejn sentejn u tlieta. Dawn naqsu minn 17% għal 12%.

·        Fit-Tribunal għat-Talbiet Żghar, 1% biss tal-kawżi ppreżentati quddiem dan it-Tribunal ilhom pendenti aktar minn 5 snin. 66% tal-kawżi kollha quddiem dan it-Tribunal ilhom anqas minn sena meta f’Settembru 2007 kien hemm biss 58% tal-kawżi li kien ilhom pendenti għal anqas minn sena.

Barra minn dan ta’ min jinnota wkoll li l-IttraUffiċjali Eżekuttiva kompliet fit-tendenza pozittiva tagħha u din is-sena, taħt l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ġew ippreżentati 2425 f’Malta u 168 f’Għawdex.  Dan iffiser li dan il-mekkaniżmu legali, veloċi u effettiv baqa’  jiġi użat mill-poplu  Malti u Għawdxi.
Ta’min wieħed jgħid ukoll illi, taħt l-Artikolu 245A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ġew ippreżentati 800 ittra uffiċjali ta’ kambjala f’Malta u 6 f’Għawdex.
Dawn huma kollha punti pożittivi li fuqhom wieħed jista’ jkompli jaħdem biex ikompli jonqos id-dewmien fil-kawżi ċivili.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow