XEJRIET POŻITTIVI FIL-QRATI MALTIN - XEJRIET POŻITTIVI FIL-KAWŻI PENDENTI
Meta wieħed iqabbel l-istatistika ta’ kemm ilhom pendenti l-kawżi ċivili quddiem il-Qrati tagħna minn Settembru 2007 sa Settembru ta’ din is-sena, wieħed jinnota numru ta’ linji pożittivi, il-ħidma siewja u kontinwa tal-Maġistrati u l-Imħallfin, kif ukoll tan-numru ta’ emendi li saru f’dawn l-aħħar snin.
Jirriżulta għalhekk li:
· Fil-Qorti Kostituzzjonali, kawżi li ilhom aktar minn ħames snin pendenti naqsu minn 30% għal 14%.
· Baqgħet it-tendenza pożittiva fil-Qorti ta’ l-Appelli Inferjuri fejn hemm biss 1% tal-kawżi kollha f’din il-Qorti li ilhom ’il fuq minn ħames snin u li għadhom pendenti.
· Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, it-total ta’ kawżi li ilhom pendenti aktar minn ħames snin naqsu minn 37% għal 33%. Din it-tendenza tawgura tajjeb għat-tnaqqis fil-backlog tal-Qorti fil-futur.
· Fil-Qorti tal-Familja, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, wieħed jinnota b’sodisfazzjon li t-tendenza pożittiva baqgħet l-istess b’76% tal-kawżi ilhom anqas minn tlett snin pendenti.
· Il-Qorti tal-Maġistrati (Sede Ċivili) ukoll uriet tendenza pożittiva fil-qasam tal-kawżi li ilhom pendenti bejn sentejn u tlieta. Dawn naqsu minn 17% għal 12%.
· Fit-Tribunal għat-Talbiet Żghar, 1% biss tal-kawżi ppreżentati quddiem dan it-Tribunal ilhom pendenti aktar minn 5 snin. 66% tal-kawżi kollha quddiem dan it-Tribunal ilhom anqas minn sena meta f’Settembru 2007 kien hemm biss 58% tal-kawżi li kien ilhom pendenti għal anqas minn sena.
| Barra minn dan ta’ min jinnota wkoll li l-Ittra | Uffiċjali Eżekuttiva kompliet fit-tendenza pozittiva tagħha u din is-sena, taħt l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ġew ippreżentati 2425 f’Malta u 168 f’Għawdex. Dan iffiser li dan il-mekkaniżmu legali, veloċi u effettiv baqa’ jiġi użat mill-poplu Malti u Għawdxi. |
| Ta’ | min wieħed jgħid ukoll illi, taħt l-Artikolu 245A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ġew ippreżentati 800 ittra uffiċjali ta’ kambjala f’Malta u 6 f’Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984