Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI BI TWEGIBA GĦALL-STQARRIJA TA' L-OPPOŻIZZJONI / TAJJEB LI L-OPPOŻIZZJONI QED TAPPOĠĠJA R-RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU

PR1957
Date Icon 10/12/2008
TAJJEB LI L-OPPOŻIZZJONI QEDTAPPOĠĠJA R-RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jinnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tappoġġja r-riforma fit-Trasport Pubbliku li qed jipproponi l-Gvern.
Rigward il-kummenti ta’ l-Onor. Silvio Parnis,il-Ministeru jirrimarka li, li kieku attenda l-konferenza nazzjonali organizzata fil-5 ta’ Diċembru, 2008 kien jiċċara d-dubji li esprima fl-istqarrija tiegħu.
Ir-riforma għandha l-iskop li tipproteġil-konsumaturi li llum qed jingħataw servizz anqas milli ħaqqhom u li jġiegħel ħafna minnhom jiskartawh. Minħabba f’dan il-Maltin qed ikollhom jonfqu aktar fit-trasport biex ifittxu alternattivi għat-trasport pubbliku. Tant li l-familji Maltin huma l-aktar li jonfqu fit-trasport fl-Ewropa kollha minkejja li t-trasport pubbliku għandu nollijiet irħas ferm. Il-familji Maltin jonfqu 16.6 fil-mija tal-household budget tagħhom fit-trasport  imqabbla mal-medja Ewropea ta’ 11.9%.
Il-Gvern itenni l-impenn tiegħu li t-trasportpubbliku jkun inklussiv u aċċessibbli u jkun t’għodda għall-inklużjoni soċjali ta’ kulħadd. Il-Gvern se jiggarantixxi bis-sussiddji li s-setturi kollha tas-soċjetà (per eżempju anzjani, studenti, persuni b’diżabilità u persuni li jgħixu f’żoni anqas aċċessibbli tal-pajjiż fost oħrajn) ikunu jistgħu jużaw it-trasport pubbliku u ma jkollhom ebda żvantaġġ ta’ mobilità.
Bejn din il-garanzija ta’ sussidji fejn hemmbżonnhom u titjib fis-servizz li l-Oppożizzjoni qed tgħid li taqbel miegħu, it-trasport pubbliku jkun jista’ jerġa’ jintuża biex il-komunità tagħna tkun tista’ tivjaġġa b’anqas infieq għall-familja, b’titjib għall-ambjent u b’aktar mobilità.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow