Left arrow Mur Lura

Qbil fl-Unjoni Ewropea għat-tneħħija gradwali ta’ bozoz tradizzjonali

PR1956
Date Icon 10/12/2008
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, inklużMalta, qablu ma’ proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex fuq perjodu ta’ erba’ snin, mill-2009 sa’ tmiem l-2012, jitwettaq proċess li permezz tiegħu jitneħħew mis-suq b’mod gradwali kull tip ta’ bozoz tradizzjonali.  Dan il-ftehim intlaħaq matul laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Enerġija li saret matul din il-ġimgħa fi Brussels u li għaliha attenda l-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor.  George Pullicino.
Bil-propostamaqbula bejn l-Istati Membri kollha, huwa stmat li fil-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea se jsir tnaqqis ta’ madwar 15-il miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena, filwaqt li mistenni tiġi ffrankata enerġija fl-UE daqs kemm tikkonsma enerġija b’kollox kull sena r-Rumanija.
Il-propostatal-Unjoni Ewropea xorta se tħalli għall-konsumaturi varjeta’ ta’ mudelli differenti ta’ bozoz energy-saving kif ukoll ta’ bozoz u lampi halogen li għandhom livelli ta’ effiċjenza għolja.  Il-proposta hija mfassla wkoll b’mod li tippermetti lis-suq li jadatta għal din ir-realta’ ġdida filwaqt li tizgura li l-provista ta’ bozoz tkun tlaħħaq mad-domanda tas-suq.
Il-ftehim milħuqfl-Unjoni Ewropea għad irid jiġi ratifikat mill-Parlament Ewropew biex wara jkun jista’ jiġi ratifikat is-sena d-dieħla.
Il-MinistruPullicino laqa’ dan il-ftehim b’sodisfazzjon u fakkar kif il-Gvern Malti kien pro-attiv u fil-budget li għadda ħabbar li mis-sena d-dieħla se jkun qed jimplimenta l-wegħda elettorali, li permezz tagħha, kull familja f’Malta u Għawdex jingħataw bozoz energy-saving b’xejn skond id-daqs tal-istess familja.  Hu fakkar ukoll kif fl-aħħar budget il-Gvern introduċa wkoll eko-kontribuzzjoni ta’ 25 ċentezmu fuq kull bozza tradizzjonali, fi sforz biex jiskoraġġixxi l-uzu ta’ dawn il-bozoz.
Il-MinistruPullicino fakkar kif b’dawn il-mizuri l-Gvern ried jilħaq zewġ għanijiet – l-għan ambjentali li jwassal għal inqas emissjonijiet, kif ukoll l-għan li jgħin fil-bidla ta’ mentalita’ li għandha twassal biex aktar nies japprezzaw prodotti li huma effiċjenti u li jħarsu l-ambjent.
Il-Ministru George Pullicino tenna li l-propostatal-Unjoni Ewropea li bozoz inkandexxenti tradizzjonali jkunu rtirati mis-suq sal-2012, għandha tkun mizura tabilħaqq effettiva għaliex se twassal ukoll ghal standards ċari u identiċi għall-Istati Membri kollha.  George Pullicino esprima l-apprezzament tiegħu li l-Ewropa qed twettaq fil-prattika l-impenn li tkun fuq ta’ quddiem nett fl-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow