il-Ministru DOLORES CRISTINA tiftaħ il-Konferenza Annwali ta’ l-Awtoritajiet Nominati organizzata mill-Koordinatur ghar-Rikonoxximent Reciproku tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki
PR1955
10/12/2008
| Meta kienet qed tindirizza l-konferenza annwali | ta’ l-Awtoritajiet Nominati għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina qalet li l-iżviluppi li qed isiru fejn jidħol ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki fuq livell Ewropew, se jgħollu il-kwalita’ tal-kwalifiki f’pajjiżna, se jżidu t-trasparenza fil-proċess ta’ l-għoti ta’ ċertifikati, diplomi u lawrji; u se jgħinu l-individwu jfassal aħjar it-triq tiegħu ta’ tagħlim tul il-ħajja. L-impatt ta’ dawn ir-riformi diġa’ se jibda jinħass. |
| Il-Ministru Cristina spjegat li | l-iskopijiet prinċipali tal-konferenza huma li tiffaċilita’ u tippromwovi l-applikazzjoni uniformi tal-liġijiet konnessi mar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, li jkunu koordinati l-attivitajiet ta’ l-awtoritajiet nominati u li jkun żgurat it-tixrid f’waqtu ta’ l-informazzjoni dwar materji regolati bil-liġi u r-Regolamenti magħmulin skond l-istess liġi. Jiġifieri l-iskop aħħari ta’ din il-konferenza hu li fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, nimxu lkoll flimkien b’mod koordinat u nformat, fl-osservanza tal-liġijiet u d-direttivi kollha li jirregolaw dan il-qasam. |
| Il-Gvern | deherlu li fiċ-ċirkostanzi attwali jkun għaqli li ngħaqqdu l-Kunsill Malti għal Kwalifiki flimkien maċ-Ċentru Malti ta’ Informazzjoni għar-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki (Malta QRIC) u l-uffiċċju tal-Kordinatur għar-Rikonoxximent Reċiproku, biex b’hekk, tkun tista’ tittieħed azzjoni sħiħa dwar l-issues kollha li għandhom ikunu indirizzati b’mod immedjat. Għalkemm din l-amalgamazzjoni għadha fil-bidunett tagħha, jidher li se tkun pass importanti fid-direzzjoni t-tajba li xtaqna nieħdu. |
| Bħalissa | għaddej ukoll il-proċess biex ikollna liġi ġdida li tittratta dan il-qasam. L-iskop ta’ din il-liġi ġdida hu li r-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħna, li huma riżorsi bħas-soltu limitati, ikunu razzjonalizzati, utilizzati u massimizzati bl-aħjar b’mod. Nixtiequ wkoll li l-istituzzjonijiet kollha konċernati jkollhom livell għoli ta’ indipendenza u flessibilita` li tagħtihom il-possibilta’ u tgħinhom jiffunzjonaw aħjar. |
| Il-prinċipju fundamentali wara dawn il-passi li | qed jittieħdu hu li filwaqt li nibqgħu noffru l-aqwa servizz possibli għall-imsieħba kollha u għall-pubbliku, naraw li l-impenji varji li għandha Malta f’dan il-qasam fuq livell Ewropew u internazzjonali jkunu implimentati bl-akbar reqqa u konsistenza. |
| “Hu | importanti ħafna li aħna lkoll nużaw l-istess metru ta’ ġudizzju fl-assessjar ta’ kwalifiki u l-istess parametri tal-qafas li rridu naħdmu fih. Dan kollu qed jitlob minnha bidla l-ewwel u qabel kollox fil-mentalita` ta’ kif inħarsu lejn kwalifiki barranin.” |
| Meta | kienet qed issir ir-riforma fis-sistema tar-rikonoxximent reċiproku minn naħa tal-Unjoni Ewropea, il-ħsieb wara l-istess riforma kien li jkun mgħejjun is-suq tax-xogħol billi jsir aktar flessibbli, biex ikun liberalizzat b’mod aktar profond il-qasam tas-servizzi, ikun inkoraġġit ir-rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki u jkunu simplifikati l-proċeduri amministrattivi sal-punt li dawn ma’ jibqgħux jikkostitwixxu ostaklu għal professjonisti li jkunu jixtiequ joffru s-servizzi tagħhom fi Stati oħra barra dak li fih ikunu kisbu l-kwalifiki tagħħom. |
| L-iżviluppi wara l-istrateġija ta’ Lisbona kif | ukoll il-proċessi ta’ Bologna għall-Edukazzjoni Ogħla u dak ta’ Copenhagen għall-Edukazzjoni Vokazzjonali wasslu biex ħolqu l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki li l-Parlament Ewropew adotta bħala Rakkomandazzjoni fit-18 ta’ April ta’ din is-sena. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni sostniet li l-Qafas | Ewropew tal-Kwalifiki se jġib miegħu rivoluzzjoni sħiħa dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki billi se joħloq sistemi ta’ referenzi għal Qafas wieħed Ewropew li miegħu se jkunu armonizzati il-Oqsfa kollha ta’ Kwalifiki tal-Membri Stati kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Malta tinsab minn ta’ quddiem f’dan il-proċess, grazzi għax-xogħol li wettaq il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki bil-ħolqien ta’ Qafas Malti tal-Kwalifiki bbażat fuq dak maqbul fuq livell Ewropew. |
| Dan l-iżvilupp | li beda f’Novembru 2006 wassal biex ikun hemm qbil dwar dan il-qafas ta’ kwalifiki li tnieda f’Ġunju ta’ l-2007. Ix-xogħol tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki issa hu li jara li kull kwalifika f’Malta ssib postha f’dan il-Qafas tal-Kwalifiki biex b’hekk jitħaffef il-proċess ta’ rikkonoxximent tal-kwalifiki. “Ninsab infurmata li diġa’ sar ftehim dwar Protokolli ma’ diversi istituzzjonijiet pubbliċi biex il-kwalifiki jsibu posthom fil-Qafas Malti tal-Kwalifiki” qalet il-Ministru Cristina. |
| “Ir-riformi li nieda l-Ministeru tal-Edukazzjoni | fil-mixja mill-Primarja għas-Sekondarja fl-edukazzjoni obbligatorja hi indirizzata biex filwaqt li jitnaqqas drastikament l-istress artifiċjali li joħolqu sistemi formali ta’ eżamijiet, se tinkoraġġixxi tagħlim aktar personalizzat biex kulħadd imur aħjar. Se nagħtu wkoll importanza lit-tagħlim informali u mhux formali, li tiegħu t-tfal tagħna se jibdew jieħdu marki li jitniżżlu f’Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola f’formatġdid li nemmen li se jagħti stampa aktar ċara ta’ l-individwu fil-proċess tal-edukazzjoni obbligatorja.” |
| “Irridu li uliedna kemm jekk jibqghu f’Malta kif | ukoll jekk imorru fi swieq tax-xogħol ferm akbar minn tagħna jkollhom edukazzjoni ta’ kwalita’ billi l-għerf, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom ikunu rikonoxxuti fuq bażi ta’ proċessi trasparenti u ta’ livelli internazzjonali. Irridu naċċettaw il-fatt li s-suq tagħna llum, inklużi s-suq tax-xogħol u s-suq tas-servizzi, m’għadux aktar ristrett għall-baħar sabieħ li jdawwar din il-gżira. Illum is-suq tagħna hu parti integrali minn suq ferm akbar, kemm ġeografikament kif ukoll għal dik li hi popolazzjoni. Dan il-fatt waħdu għandu jimlina bil-kuraġġ jekk inħarsu lejh bħala opportunita` li nistgħu naħtfu billi nutiliżżaw il-flessibbilta’ karatteristika tagħna bħala poplu”. |
| Il-Ministru ammettiet li l-fatt li tiftaħ | is-swieq tiegħek għal professjonisti u ħaddiema kwalifikati huwa pass li jitlob kuraġġ meta tikkonsidra l-limitazzjonijiet li għandu pajjiżna, iżda ladarba l-mentalita` li biha tħares lejn din l-isfida tkun mentalita` pożittiva, din il-kultura ġdida għandha tgħin biex ikunu żviluppati sistemi aktar flessibbli li fl-aħħar mill-aħħar se jgawdi minnhom il-konsumatur jew il-klijent. |
| Il-liberaliżżazzjoni tas-suq tas-servizzi hija | waħda mis-sisien fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Bla dubju li x-xogħol tagħna lkoll f’dan il-qasam tar-rikonoxximent tal-kwalifiki hu għodda moderna li l-Unjoni Ewropea dehrilha xieraq li tuża’ fiċ-ċirkostanzi preżenti. Inħasset il-ħtieġa li partikolarment is-settur tas-servizzi, li waħdu jiġġenera aktar min żewġ terzi tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) u tal-impjiegi fl-Istati Membri, għandu jkun faċilitat billi jitneħħew l-ostakli żejda li kellu. U parti minn din l-istrateġija kienet, u hi, s-sistema addottata bħalissa fir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki. |
| Ovvjament | dan il-qasam mhux limitat biss għall-għoti ta’ servizzi iżda jinkludi wkoll dak tal-impjiegi u t-tkomplija ta’ studju f’livell ogħla. Meta tieħu dawn it-tliet oqsma flimkien, is-servizzi, is-suq tax-xogħol u l-edukazzjoni ogħla - professjonali u vokazzjonali - issib li l-liġijiet u d-direttivi dwar ir-rikonoxximent reċiproku jimmiraw direttament lejn il-qofol tal-ekonomija moderna. “U għalhekk insostni li l-funzjoni tagħna lkoll hawnhekk hija waħda vitali u għandna noħduha b’serjeta` kbira. Jekk jitħaddmu l-mekkaniżmi kif meħtieġ, fi ftit żmien dan il-qasam jista’ jagħmel differenza kbira mhux biss għall-ekonomija Maltija iżda għall-ekonomija tal-Ewropa kollha”, stqarret il-Ministru Cristina. |
| Fejn | il-kwalifiki ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent awtomatiku, il-proċeduri amministrattivi għandom jitfasslu u jitħaddmu b’mod li ma jaqtgħux qalb min ikun imħajjar joffri s-servizzi tiegħu, jew li jistabbilixxi ruħu f’pajjiż ieħor billi jimpjega ruħu f’dak il-pajjiż, jew li jkompli jistudja f’livelli ogħla. |
| Il-Ministru Cristina qalet li bħalissa qed tibda | tkun implimentata fost numru ta’ professjonijiet, dik magħrufa bħala IMI., l-Internal Market Information System. |
| Din | is-sistema għandha tiffaċilita ħafna l-koperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri billi toffri mekkaniżmu li jgħin l-assistenza reċiproka u l-bdil ta’ informazzjoni u billi jegħleb l-ostakli tal-lingwa u tal-kulturi amministrattivi differenti li hemm fl-Istati Membri. |
| Iċ-ċittadini Ewropej se jkunu jistgħu jieħdu | vantaġġ minn sistema mgħaġġla ħafna u risposti konkreti li żgur għandhom jgħinu l-attivita’ minn pajjiż għal ieħor u b’hekk ikunu massimizzati l-benefiċċji u l-opportunitjiet li joffri s-suq intern. |
| Il-kwistjoni tan-networking tpoġġi | mistoqsija: X’networking għandna bħalissa bejn l-Awtoritajiet Nominati Maltin infushom? U x’networking hemm bejn dawn l-awtoritajiet u l-Uffiċċju tal-Koordinatur għar-Rikonoxximent Reċiproku? |
| “Jista’ | wieħed jasal għall-konklużjoni li l-fatt li għandek l-Uffiċċju tal-Koordinatur għar-Rikonoxximent Reċiproku u konferenza ta’ darba fis-sena, huma biżżejjed biex ikun assigurat li l-ħidma ta’ l-awtoritajiet nominati tkun ħidma koordinata? Biżżejjed laqgħa waħda darba f’sena biex naċċertaw li l-metodi li qed ikunu adottati huma l-ewwelnett konformi mal-liġijiet u fuq kollox komparabbli bejniethom?” staqsiet il-Ministru Dolores Cristina. |
| Il-Ministru temmet tgħid li “wasal iż-żmien li | nsaħħu n-networking ta’ bejnietna billi mmorru lil hinn mill-minimu possibbli li titlob il-liġi, u ċioe’ din il-konferenza annwali u għalhekk fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed infasslu strateġija kif nistgħu nimxu ‘l quddiem f’dan is-sens. Nemmen f’laqgħat aktar spissi, possibilment għal numru iżgħar ta’ awtoritajiet kull darba u li jikkonċentraw fuq suġġetti speċifiċi. Kull laqgħa tista’ tkun għodda utli biex tabilħaqq inwettqu dak li qed titlob minna l-liġi jiġifieri applikabilita uniformi tal-istess liġi”. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984