azzjoni ta’ infurzar fil-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta
PR1953
10/12/2008
| Dalgħodu, id-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern fi | ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, ħadet azzjoni ta’ nfurzar fil-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta. Id-Divizjoni kienet mgħejjuna f’din l-azzjoni mill-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, u minn membri tal-Korp tal-Pulizija, tal-Forzi Armati ta’ Malta u tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet. |
| Din l-azzjoni ttieħdet wara li nhar it-Tnejn 1 | ta’ Diċembru, f’dan is-sit ġew servuti ittri ta’ twissija lil nies li kienu qed jużaw il-post bla permess. Persuni reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti, u li huma membri fl-Għaqda Parteċipanti Karnival ta’ Malta, ser jitħallew jużaw il-post biex ikomplu fil-ħidma tagħhom fil-preparazzjoni tal-karrijiet tal-Karnival. |
| L-operazzjoni bdiet fit-8:00 ta’ filgħodu, | b’periti mid-dipartiment tax-xogħlijiet jiċċertifikaw il-post għal raġunijiet ta’ sigurta’, u kompliet skond kif ippjanat. |
| Wara dan il-membri tal-Għaqda Parteċipanti | Karnival ta’ Malta irreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti tħallew jidħlu fil-Forti sabiex juru liema kmamar qed jiġu użati minnhom. Il-kumplament tal-kmamar li m’humiex użati għall-iskop tal-Karnival ġew żgumbrati skond l-avviżi servuti iktar kmieni. |
| Id-Direttur tal-Animal Welfare mgħejjun | minn membri tal-SPCA, ħadu ħsieb illi jitneħħew klieb li kienu miżmuma fuq il-post. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984