ATTIVITÀ B’DIFFERENZA GĦAT-TFAL LI JATTENDU SKOLASPORT F’GĦAWDEX
PR1951
10/12/2008
| Kull nhar ta’ Sibt, għadd ta’ | studenti mill-iskejjel primarji u sekondarji f’Għawdex, jattendu bi ħġarhom għall-attivitajiet ta’ Skolasport li jsiru fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex u li jinkludu diversi dixxiplini sportivi fosthom it-table tennis, iċ-ċikliżmu, il-ħiliet fil-logħba tal-futbol, il-hip-hop, breakdance, lawn tennis, ġinnastika, indoor climbing, arti marzjali, handball u basketball. |
| Dan l-aħħar, it-tfal kellhom okkażjoni | kompletament differenti. Minflok il-logħob tas-soltu, tħejja programm differenti għat-tfal fejn żaru x-Shooting Range taż-Żebbuġ Għawdex. L-attività bdiet b’mixja mill-Pjazza taż-Żebbuġ sax-Shooting Range fejn saret demostrazzjoni fl-isparar bil-qaws kif ukoll ta’ sparar fuq il-plattini. Wara, persuni awtorizzati u professjonali spjegaw lit-tfal dwar il-benefiċċji u l-perikli ta’ sport ta’ din in-natura. It-tfal kellhom l-opportunità wkoll li jduru mas-sit qabel ma’ rħewlha bil-mixi lejn ix-Xwejni u Marsalforn. |
| Din l-attività kienet | koordinata mill-Kumitat tax-Shooting Range ta’ Għajn Melel flimkien mal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex. |
| L-attivitajiet ta’ Skolasport ġew organizzati | f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħdax-il sena, fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex b’koordinazzjoni mal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984