Left arrow Go Back

ATTIVITÀ B’DIFFERENZA GĦAT-TFAL LI JATTENDU SKOLASPORT F’GĦAWDEX

PR1951
Date Icon 10/12/2008
Kull nhar ta’ Sibt, għadd ta’studenti mill-iskejjel primarji u sekondarji f’Għawdex, jattendu bi ħġarhom għall-attivitajiet ta’ Skolasport li jsiru fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex u li jinkludu diversi dixxiplini sportivi fosthom it-table tennis, iċ-ċikliżmu, il-ħiliet fil-logħba tal-futbol, il-hip-hop, breakdance, lawn tennis, ġinnastika, indoor climbing, arti marzjali, handball u basketball.
Dan l-aħħar, it-tfal kellhom okkażjonikompletament differenti. Minflok il-logħob tas-soltu, tħejja programm differenti għat-tfal fejn żaru x-Shooting Range taż-Żebbuġ Għawdex. L-attività bdiet b’mixja mill-Pjazza taż-Żebbuġ sax-Shooting Range fejn saret demostrazzjoni fl-isparar bil-qaws kif ukoll ta’ sparar fuq il-plattini. Wara, persuni awtorizzati u professjonali spjegaw lit-tfal dwar il-benefiċċji u l-perikli ta’ sport ta’ din in-natura. It-tfal kellhom l-opportunità wkoll li jduru mas-sit qabel ma’ rħewlha bil-mixi lejn ix-Xwejni u Marsalforn.
Din l-attività kienetkoordinata mill-Kumitat tax-Shooting Range ta’ Għajn Melel flimkien mal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex.
L-attivitajiet ta’ Skolasport ġew organizzatif’Għawdex matul dawn l-aħħar ħdax-il sena, fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex b’koordinazzjoni mal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow