Left arrow Mur Lura

Ippubblikata serje limitata ta’ settijiet innumerati ta’ prints tal-Arazzi tal-Palazz tal-President

PR1948
Date Icon 09/12/2008
L-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni illum nieda sett ta’ prints tal-Gobelin Tapestries li jinsabu fis-Sala tal-Arazzi ġewwa l-Palazz Presidenzjali.
Din l-inizjattiva ttieħdet mid-Dipartimenttal-Informazzjoni billi mill-arkivji tad-Dipartiment intużaw numru ta’ ritratti meħuda min Martin Attard fotografu impjegat ma’ l-istess Dipartiment. It-team tal-persuni involuti f’din il-ħidma kienu Publius Agius, Paul Azzopardi, Mark Sciberras u George Galea lkoll impjegati fid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Dott. Said faħħar din l-inizjattiva, u qal lid-Dipartiment tal-Informazzjoni kif jixhed ismu għandhu jinforma u dan għandu jsir mhux bil-mod tradizzjonali biss, imma anke billi l-informazzjoni u r-ritratti li jeżistu fl-arkivji tad-Dipartiment jaslu għand il-pubbliku.
Is-Segretarju Parlamentari qal li bħalissa qedisir ristrutturar fid-Dipartiment tal-Informazzjoni fejn ftit tal-ġranet ilu ġie maħtur Direttur Ġenerali u għaddej eżerċizzju biex jiġu utilizzati aħjar ir-riżorsi umani eżistenti.  Għaddej ukoll ix-xogħol biex il-website tad-DOI tiġi mtejba. Semma li l-website attwali bejn Jannar u Settembru kellha aktar min 35 miljun hit bi kwazi nofs miljun user differenti, b’hekk din il-website hija waħda mill-aktar utilizzati. Qed isir ukoll proċess ta’ diġitization, fejn il-filmati antiki (16mm) eżistenti qed jiġu mnaddfa u trasferiti u rrekordjati b’format diġitali.  Il-Gazzetta tal-Gvern ukoll minn Jannar li ġej ser tibda tkun stampata fuq karta riċiklata u l-format tagħha ser isir aktar user friendly.  Chris Said qal li l-Gvern irid lid-Dipartiment tal-Informazzjoni ikun f’pożizzjoni aħjar li jirrispondi għal ħtiġijiet tal-media ta’ llum kemm dik stampata, imxxandra kif ukoll online.
Dott. Said qal din is-sena jinzerta t-300 mittanniversarju min meta l-Arazzi ġew ordnati mill-Gran Mastru Perellos. Dawn l-Arazzi huma wieħed mill-ġojjelli li għandna fil-Palazz Presidenzjali.
Dan is-sett ta’ prints huwa limitat għal-ħamesmija u huma nnumerati speċifikament sabiex ikunu collector’s items filwaqt li jġorru ċertifikat li jawtentifikhom.

Dawk li jixtiequ jaraw jew jordnaw dawn il-prints jistgħu b’effett mill-10 ta’ Diċembru jmorru fl-uffiċċju tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, 3, Castille Place, Valletta u minn nhar il-Ħamis 11 ta’ Diċembru 2008 mill-Uffiċċju taċ-Ċentru Kulturali, Pjazza Indipendenza, Rabat, Għawdex.  Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq il-website www.doi.gov.mt jew jibgħat email lil- sales.office.doi@gov.mt jew iċempel 22001701. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow