Ippubblikata serje limitata ta’ settijiet innumerati ta’ prints tal-Arazzi tal-Palazz tal-President
PR1948
09/12/2008
| L-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni illum nieda sett ta’ prints tal-Gobelin Tapestries li jinsabu fis-Sala tal-Arazzi ġewwa l-Palazz Presidenzjali. |
| Din l-inizjattiva ttieħdet mid-Dipartiment | tal-Informazzjoni billi mill-arkivji tad-Dipartiment intużaw numru ta’ ritratti meħuda min Martin Attard fotografu impjegat ma’ l-istess Dipartiment. It-team tal-persuni involuti f’din il-ħidma kienu Publius Agius, Paul Azzopardi, Mark Sciberras u George Galea lkoll impjegati fid-Dipartiment tal-Informazzjoni. |
| Dott. Said faħħar din l-inizjattiva, u qal li | d-Dipartiment tal-Informazzjoni kif jixhed ismu għandhu jinforma u dan għandu jsir mhux bil-mod tradizzjonali biss, imma anke billi l-informazzjoni u r-ritratti li jeżistu fl-arkivji tad-Dipartiment jaslu għand il-pubbliku. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li bħalissa qed | isir ristrutturar fid-Dipartiment tal-Informazzjoni fejn ftit tal-ġranet ilu ġie maħtur Direttur Ġenerali u għaddej eżerċizzju biex jiġu utilizzati aħjar ir-riżorsi umani eżistenti. Għaddej ukoll ix-xogħol biex il-website tad-DOI tiġi mtejba. Semma li l-website attwali bejn Jannar u Settembru kellha aktar min 35 miljun hit bi kwazi nofs miljun user differenti, b’hekk din il-website hija waħda mill-aktar utilizzati. Qed isir ukoll proċess ta’ diġitization, fejn il-filmati antiki (16mm) eżistenti qed jiġu mnaddfa u trasferiti u rrekordjati b’format diġitali. Il-Gazzetta tal-Gvern ukoll minn Jannar li ġej ser tibda tkun stampata fuq karta riċiklata u l-format tagħha ser isir aktar user friendly. Chris Said qal li l-Gvern irid lid-Dipartiment tal-Informazzjoni ikun f’pożizzjoni aħjar li jirrispondi għal ħtiġijiet tal-media ta’ llum kemm dik stampata, imxxandra kif ukoll online. |
| Dott. Said qal din is-sena jinzerta t-300 mitt | anniversarju min meta l-Arazzi ġew ordnati mill-Gran Mastru Perellos. Dawn l-Arazzi huma wieħed mill-ġojjelli li għandna fil-Palazz Presidenzjali. |
| Dan is-sett ta’ prints huwa limitat għal-ħames | mija u huma nnumerati speċifikament sabiex ikunu collector’s items filwaqt li jġorru ċertifikat li jawtentifikhom. |
Dawk li jixtiequ jaraw jew jordnaw dawn il-prints jistgħu b’effett mill-10 ta’ Diċembru jmorru fl-uffiċċju tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, 3, Castille Place, Valletta u minn nhar il-Ħamis 11 ta’ Diċembru 2008 mill-Uffiċċju taċ-Ċentru Kulturali, Pjazza Indipendenza, Rabat, Għawdex. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq il-website www.doi.gov.mt jew jibgħat email lil- sales.office.doi@gov.mt jew iċempel 22001701.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984