Left arrow Mur Lura

STUDENTI MILL-KULLEĠĠ SANTA TEREŻA JILTAQGĦU MAL-ONOREVOLI CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI

PR1947
Date Icon 09/12/2008
Riċentament il-Kulleġġ Santa Tereża ħal-inizjattiva li jiġu mwaqqfa Kunsilli tal-Istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha fi ħdan l-istess kulleġġ.  Dawn il-kunsilli twaqqfu permezz ta’ elezzjonijiet fost it-tfal u l-istudenti.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ħmistax–ilanniversarju minn meta ġew stabbiliti l-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex, is-seba’ Kunsilli tal-Istudenti flimkien mal-għalliema u l-Prinċipal tal-Kulleġġ, is-Sur Frank Fabri, kellhom laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said.  Matul din il-laqgħa saret preżentazzjoni dwar l-istorja u l-funzjonijiet tal-Berġa ta’ Kastilja matul is-snin, kif ukoll ix-xogħol tal-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.
It-tfal u l-istudenti spjegaw lis-SegretarjuParlamentari l-inizjattivi li l-Kunsilli tagħhom qed jieħdu, fosthom kif ser jgħinu lil sħabhom ikunu aktar konxji dwar l-immaniġjar tal-iskart fl-iskola, kif jitnaqqqas il-ħela tad-dawl u l-ilma u inċentivi biex jiżdiedu l-attivitajiet sportivi.
Wara l-laqgħa mas-Segretarju Parlamentari,l-istudenti kellhom l-opportunita’ li jżuru l-Berġa ta’ Kastilja fosthom is-Sala tal-Ambaxxaturi, is-Sala tal-Kabinett u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow