IL-GVERN JGĦIN LILL-FAMILJI LI KIENU VITTMI TAT-TRAĠEDJA FIN-NAXXAR
PR1941
09/12/2008
| L-Onor. John | Dalli Ministru għall-Politika Soċjali flimkien maċ-Chairman tal-Awtorita’ tad-Djar,is-Sur Charles Borg u l-Kap Eżekuttiv, Dr. Paul Debattista, illum iltaqgħu mal-familji vittmi tat-traġedja fin-Naxxar iktar kmieni din-sena sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom biex ikunu jistgħu jerġgħu jibnu l-ħajja tagħhom mill-ġdid. |
| ’Il fuq minn 70 | familja b’xi mod jew ieħor kienu affetwati minn l-isplużjoni fin-Naxxar. Erbgħa u sebgħin (74) familja Naxxarija ġew riferuti lill-Awtorita' tad-Djar biex japplikaw għal kumpens jew għajnuna għad-danni li ġarrbu fid-djar tagħhom f’din it-traġedja. L-Awtorita’ tad-Djar ħasset li għandha obbligu soċjali lejn dawn il-familji biex tgħinhom jirranġaw id-djar tagħhom. Għalhekk l-Awtorita’ allokat is-somma ta’ € 350, 000 biex tgħin lil dawn il-familji. |
| Il-Ministru | għall-Politika Soċjali, John Dalli, sostna li l-Gvern impenja ruħu mill-ewwel sabiex jgħin lil dawn il-familji li ntlaqtu minn din it-traġedja, xi ħaġa li ma ġabuhiex b’idejhom iżda sabu rwieħhom fiha ħabta u sabta. |
| Il-Ministru Dalli | żied li l-Ministeru għall-Politika Soċjali permezz tal-Aġenziji tiegħu offra għajnuna professjonali bħal dik ta’ social workers lil dawn il-familji u permezz tal-Awtorita’ tad-Djar ipprovda wkoll akkomodazzjoni alternattiva lil min ġarrab ħsarat f’daru u talab għall-għajnuna. |
| Il-Ministru qal | li l-erba’ familji li ġarrbu ħsarat estensivi fid-dar tagħhom se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-Awtorita’ tad-Djar sabiex tgħinhom ikomplu x-xogħol ta’ tiswija fir-residenzi tagħhom. |
| L-Awtorita’ tad-Djar | tkellmet mal-familji vittmi biex tagħraf il-bżonnijiet ta’ xogħlijiet ta’ rranġar u titjib fid-djar tagħhom. Erbgħa (4) familji soffrew ħsarat sostanzjali fil-proprjeta’ tagħhom tant li kien hemm żewġt idjar li waqgħu għal kollox, dar inħarqet bl-isplużjoni u eventwalment ġiet imwaqqa’ u dar oħra soffriet danni sostanzjali li kellha titwaqqa’ minħabba l-problemi kbar li kien hemm fl-istruttura. |
| Biex tgħin lil | dawn il-familji li ġarrbu l-ikbar ħsarat, il-Kap Eżekuttiv, Dr Paul Debattista, sostna li l-Awtorita’ tad-Djar allokat somma ta’ flus għal kull familja biex ikunu jistgħu jibnu u jlestu d-dar tagħhom biex jerġgħu jidħlu fid-dar li huma stinkaw għaliha u għexu mal-familji tagħhom fi Triq Ħal-Dgħejf fin-Naxxar. L-Awtorita’ allokat is-somma ta’ € 284,700 għal dawn l-4 familji. L-Awtorita’ llum qed tiffirma kuntratt ma’ dawn il-familji sabiex ix-xogħol ikun jista’ jibda u/jew jitkompla. B’għajnuna finanzjarja li l-Awtorita’ qed tagħti flimkien mal-flus li l-familji rċevew mill-assigurazzjoni, dawn il-familji ser ikunu f’pożizzjoni li jibnu d-dar tagħhom. |
| L-għajnuna min-naħa | tal-Awtorita’ ma tieqafx hawn, kompla Dr Debattista. Barra minn din is-somma li għaliha llum qed jiġu ffirmati l-kuntratti, l-Awtorita’ mill-ewwel tat l-għajnuna lil tliet (3) familji peress li spiċċaw bla saqaf fuq rashom. It-tliet familji krew appartamenti fil-viċin ta’ Triq Ħal-Dgħejf u l-Awtorita’ tad-Djar qed tagħtihom sussidju fuq il-kera. L-Awtorita’ ser tibqa’ tgħin lil dawn il-familji permezz tas-sussidju fuq il-kera sakemm jitlestew ix-xogħlijiet kollha u jkunu jistgħu jerġgħu jmorru jgħixu f’darhom. Ix-xogħol ta’ bini fuq tlett idjar diġa’ beda u huwa ppjanat li fi żmien sena jew anqas dawn il-familji jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jabitaw fihom. |
| L-Awtorita’ tad-Djar | qed tgħin ukoll lil dawk il-familji l-oħra kollha li soffrew xi forma ta’ ħsara fir-residenza tagħhom minħabba l-isplużjoni. Għalhekk l-Awtorita’ qed tallokka parti mis-somma globali għal dawn il-familji wkoll. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984